+Artikolu 34 Flussi ta' dħul fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
|
Artikolu 34 Flussi ta' dħul fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali
Flussi ta' dħul fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 32(3)(g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' rata ogħla tal-fluss ta' dħul fuq il-bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità mhux prelevati meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jistenna fluss ta' dħul ogħla anke taħt stress kombinat fis-suq u idjosinkratiku tal-fornitur;
(b)
il-kontroparti hija l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljat ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
meta r-rata tal-fluss ta' dħul tkun taqbeż l-40 %, il-kontroparti tapplika rata tal-fluss ta' ħruġ simetrika korrispondenti, permezz ta' deroga mill-Artikolu 31;
(d)
l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.
|
|
Artikolu 34 2.
|
Meta l-istituzzjoni ta' kreditu u l-istituzzjoni ta' kreditu tal-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1 meta, minbarra l-kriterji fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji oġġettivi addizzjonali li ġejjin (a) sa (c):
▼M1
(a)
il-fornitur u r-riċivent tal-likwidità jippreżentaw profil ta' riskju ta' likwidità baxx wara l-applikazzjoni tal-fluss ta' dħul ogħla propost taħt il-paragrafu 1 u l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' ħruġ imsemmija fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu;
▼B
(b)
ikun hemm ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn l-entitajiet fil-grupp fir-rigward tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità;
▼M1
(c)
il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċivent tal-likwidità jiġi kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità.
▼B
L-awtoritajiet kompetenti jaħdmu flimkien u jikkonsultaw lil xulxin bis-sħiħ skont l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jiddeterminaw jekk il-kriterji addizzjonali stabbiliti f'dan il-paragrafu jiġux issodisfati.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Meta jiġu ssodisfati l-kriterji addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tar-riċevent tal-likwidità titħalla tapplika rata tal-fluss ta' dħul preferenzjali ta' mhux aktar minn 40 %. Madankollu, l-approvazzjoni taż-żewġ awtoritajiet kompetenti tkun meħtieġa għal kwalunkwe rata preferenzjali ogħla minn 40 %, li tiġi applikata fuq bażi simetrika. Meta tkun awtorizzata l-applikazzjoni ta' rata tal-fluss ta' dħul preferenzjali 'l fuq minn 40 %, l-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw regolarment li l-kundizzjonijiet ta' dawn il-flussi ta' dħul ogħla għadhom qed jiġu ssodisfati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|