|
+Artikolu 34 1. |
Artikolu 34 1.Permezz ta' deroga mill-Artikolu 32(3)(g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' rata ogħla tal-fluss ta' dħul fuq il-bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità mhux prelevati meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jistenna fluss ta' dħul ogħla anke taħt stress kombinat fis-suq u idjosinkratiku tal-fornitur;
(b)
il-kontroparti hija l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljat ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
meta r-rata tal-fluss ta' dħul tkun taqbeż l-40 %, il-kontroparti tapplika rata tal-fluss ta' ħruġ simetrika korrispondenti, permezz ta' deroga mill-Artikolu 31;
(d)
l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|