2. Il-limitu ta' materjalità msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jikkonsisti minn komponent assolut u relattiv.
Il-komponent assolut għandu jiġi espress bħala ammont massimu għat-total ta' kull ammont skadut dovut minn obbligant lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali ta' dik l-istituzzjoni jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha (“obbligu ta' kreditu skadut”). L-ammont massimu m'għandux ikun iktar minn EUR 100 jew l-ekwivalenti ta' dan l-ammont fil-munita nazzjonali rilevanti.
Il-komponent relattiv għandu jiġi espress bħala perċentwal li jirrifletti l-ammont ta' obbligu ta' kreditu f'dak li jirrelata għall-ammont totali ta' skoperturi tal-karta bilanċjali għal dak l-obbligant lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali ta' dik l-istituzzjoni jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha, esklużi l-iskoperturi ta' ekwità. Il-perċentwal għandu jkun ta' bejn 0 % u 2,5 %, u għandu jiġi stabbilit għal 1 % meta dak il-perċentwal jirrifletti livell ta' riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli skont l-Artikolu 3