+Artikolu 1 Kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' livell għal materjalità għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
|
Artikolu 1 Kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' livell għal materjalità għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1
|
1. Awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi għall-istituzzjonijiet kollha taħt il-ġurisdizzjoni tagħha limitu ta' materjalità singolu għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur.
Madankollu, għall-istituzzjonijiet li japplikaw id-definizzjoni ta' inadempjenza imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell ta' faċilita ta' kreditu individwali, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi limitu ta' materjalità separata waħda għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur.
|
|
Artikolu 1 2
|
2. Il-limitu ta' materjalità msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jikkonsisti minn komponent assolut u relattiv.
Il-komponent assolut għandu jiġi espress bħala ammont massimu għat-total ta' kull ammont skadut dovut minn obbligant lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali ta' dik l-istituzzjoni jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha (“obbligu ta' kreditu skadut”). L-ammont massimu m'għandux ikun iktar minn EUR 100 jew l-ekwivalenti ta' dan l-ammont fil-munita nazzjonali rilevanti.
Il-komponent relattiv għandu jiġi espress bħala perċentwal li jirrifletti l-ammont ta' obbligu ta' kreditu f'dak li jirrelata għall-ammont totali ta' skoperturi tal-karta bilanċjali għal dak l-obbligant lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali ta' dik l-istituzzjoni jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha, esklużi l-iskoperturi ta' ekwità. Il-perċentwal għandu jkun ta' bejn 0 % u 2,5 %, u għandu jiġi stabbilit għal 1 % meta dak il-perċentwal jirrifletti livell ta' riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli skont l-Artikolu 3
|
|
Artikolu 1 3
|
3. Il-limitu minimu ta' materjalità msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, bl-unika differenza li l-“obbligu ta' kreditu skadut” u l-“ammont totali ta' skoperturi tal-karta bilanċjali tal-istituzzjoni għal dak l-obbligant, esklużi l-iskoperturi ta' ekwità” għandhom jirreferu għall-ammonti tal-obbligu ta' kreditu ta' obbligant li jirriżultaw minn faċilità mogħtija minn istituzzjoni waħda ta' kreditu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha.
|
|
Artikolu 1 4
|
4. Meta tistabbilixxi l-limitu minimu ta' materjalità f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-karatteristiċi tar-riskju ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur u l-ispeċifikazzjoni ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal banek li japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u fl-Artikolu 123 ta' dak ir-Regolament għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Standardizzat.
|
|
Artikolu 1 5
|
5. Meta tistabbilixxi l-limitu minimu ta' materjalità f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tassumi li l-obbligant ikun inadempjenti meta kemm il-limitu espress bħala element assolut ta' materjalità u l-limitu espress bħala komponent relattiv ta' dan il-limitu jinqabeż jew għal 90 jum konsekuttiv jew għal 180 jum konsekuttiv, fejn l-iskoperturi kollha inklużi fil-kalkolu ta' obbligu ta' kreditu skaduti huma ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali ta' SME u d-90 jum ġew sostitwiti b'180 jum skont l-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal dawk l-iskoperturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.02.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0171
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|