+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“awtoritajiet kompetenti rilevanti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tal-UE fi Stat Membru;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“awtoritajiet kompetenti oħra” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
awtoritajiet kompetenti li mhumiex awtorità kompetenti rilevanti
|
|
(b)
|
awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jikkontrollaw l-entitajiet tas-settur finanzjarju, kif definit fil-punt 27 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkunu joperaw fl-Istat Membru inkwistjoni u li la huma istituzzjoni ta' kreditu u lanqas ditta tal-investiment;
|
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“rapport SREP” tfisser ir-rapport li jippreżenta l-eżitu tar-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“rapport ta' valutazzjoni tar-riskju ta' likwidità” tfisser ir-rapport li jippreżenta l-eżitu tal-parti tal-proċess tar-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE, rigward ir-riskji tal-likwidità;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp” tfisser ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp” tfisser ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-grupp tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“deċiżjoni konġunta dwar il-kapital” tfisser deċiżjoni konġunta dwar kwistjonijiet imsemmija f'punt (a) tal-Artikolu 1;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità” tfisser deċiżjoni konġunta dwar kwistjonijiet imsemmija f'punt (b) tal-Artikolu 1;
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|