+Artikolu 10 1
|
Artikolu 10 1
1. Is-superviżur konsolidant iħejji l-abbozz motivat b'mod sħiħ tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jkopri l-grupp u l-istituzzjonijiet ta' dan il-grupp. L-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital jistabbilixxi kull wieħed mill-punti li ġejjin:
|
(a)
|
l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital;
|
|
(b)
|
l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital huwa marbuta magħhom u japplika għalihom;
|
|
(c)
|
ir-referenzi għall-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital;
|
|
(d)
|
id-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u kull aġġornament rilevanti għalih;
|
|
(e)
|
il-konklużjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
(f)
|
il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat;
|
|
(g)
|
il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma minn kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali;
|
|
(h)
|
il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li kull istituzzjoni tal-grupp jeħtieġ li jkollha fuq livell individwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
(i)
|
il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li l-grupp ta' istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollu f'livell konsolidat skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
(j)
|
informazzjoni dwar ir-rekwiżiti prudenzjali minimi li japplikaw għal kull istituzzjoni skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 103, 129, 130, 131, 133 tad-Direttiva 2013/36/UE u dwar ir-rekwiżiti prudenzjali jew makroprudenzjali rilevanti oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;
|
|
(k)
|
id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (i) huma relatati magħha;
|
|
(l)
|
l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i), fejn applikabbli.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|