+Artikolu 10 Tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6

Artikolu 10 Tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Is-superviżur konsolidant iħejji l-abbozz motivat b'mod sħiħ tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jkopri l-grupp u l-istituzzjonijiet ta' dan il-grupp. L-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital jistabbilixxi kull wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital;

(b)

l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital huwa marbuta magħhom u japplika għalihom;

(c)

ir-referenzi għall-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital;

(d)

id-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u kull aġġornament rilevanti għalih;

(e)

il-konklużjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(f)

il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat;

(g)

il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma minn kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali;

(h)

il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li kull istituzzjoni tal-grupp jeħtieġ li jkollha fuq livell individwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(i)

il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li l-grupp ta' istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollu f'livell konsolidat skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)

informazzjoni dwar ir-rekwiżiti prudenzjali minimi li japplikaw għal kull istituzzjoni skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 103, 129, 130, 131, 133 tad-Direttiva 2013/36/UE u dwar ir-rekwiżiti prudenzjali jew makroprudenzjali rilevanti oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;

(k)

id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (i) huma relatati magħha;

(l)

l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i), fejn applikabbli.

Artikolu 10 2

2.   Il-konklużjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tistabbilixxi kull waħda mill-punti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp għandhomx fis-seħħ strateġiji u proċessi validi, effikaċi u kompleti biex jivvaluw, iżommu u jqassmu l-kapital intern u jekk dawn l-istrateġiji u l-proċessi humiex aġġornati;

(b)

il-valutazzjoni ta' jekk l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni ta' tali kapital intern humiex adegwati biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li l-istituzzjonijiet tal-grupp huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

(c)

il-valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp implimentawx l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi xierqa li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

il-valutazzjoni dwar jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet tal-grupp jiżgurawx maniġment xieraq u kopertura tar-riskji tagħhom;

(e)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri u s-setgħat superviżorji skont l-Artikolu 102, u l-punti (b) sa (l) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati taħt il-punti (a) sa (d).

Artikolu 10 3

3.   Il-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 1 ikunu marbuta mal-konklużjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u appoġġati minnha.

Artikolu 10 4

4.   Il-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i) tal-paragrafu 1 jissodisfaw kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu fformulati bħala ammont jew proporzjon jew it-tnejn li huma flimkien;

(b)

jipprovdu dettalji dwar il-kwalità tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa;

(c)

ikunu marbuta mad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u appoġġati minnha.

Artikolu 10 5

5.   Il-konklużjonijiet rigward kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali u l-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat ikunu identifikabbli biċ-ċar fid-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital.

Artikolu 10 6

6.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi d-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (g) tal-Artikolu 3(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.