+Artikolu 11 Tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Is-superviżur konsolidant iħejji abbozz motivat b'mod sħiħ tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jkopri l-grupp u l-istituzzjonijiet ta' dan il-grupp. L-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità jistabbilixxi kull wieħed mill-punti li ġejjin:
|
(a)
|
l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;
|
|
(b)
|
l-isem tal-grupp tal-istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità huwa marbut magħhom u tapplika għalihom;
|
|
(c)
|
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;
|
|
(d)
|
id-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità u kull aġġornament rilevanti għalih;
|
|
(e)
|
il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-grupp f'livell konsolidat;
|
|
(f)
|
il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għal kull istituzzjoni fil-grupp f'livell individwali;
|
|
(g)
|
il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u s-sejbiet materjali dwar is-superviżjoni tal-likwidità inkluż dwar l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għal kull istituzzjoni fil-grupp f'livell individwali u għall-grupp f'livell konsolidat;
|
|
(h)
|
l-informazzjoni dwar xi rekwiżiti prudenzjali rilevanti jew makroprudenzjali oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;
|
|
(i)
|
id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (g) huma relatati magħha;
|
|
(j)
|
l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjoni msemmija fil-punt (g), fejn applikabbli.
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-konklużjoni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 tistabbilixxi kull waħda mill-punti li ġejjin:
|
(a)
|
il-valutazzjoni ta' jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp implimentawx strateġiji, politiki, proċessi u sistemi msaħħa għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-maniġment u l-monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità fuq termini xierqa ta' żmien;
|
|
(b)
|
il-valutazzjoni dwar jekk il-likwidità miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-grupp f'livell individwali u l-grupp f'livell konsolidat tipprovdix kopertura suffiċjenti tar-riskji tal-likwidità;
|
|
(c)
|
il-valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp implimentawx arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi xierqa li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-konklużjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 tipprovdu dettalji dwar in-natura tal-miżuri li ttieħdu. Fejn dawn il-miżuri jkunu marbuta mal-ħtieġa għal rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, il-konklużjoni tipprovdi dettalji dwar l-artikulazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-konklużjonijiet rigward kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali u l-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat ikunu identifikabbli biċ-ċar fid-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Is-superviżur konsolidant jipprovdi d-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (g) tal-Artikolu 3(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|