+Artikolu 11 1
|
Artikolu 11 1
1. Is-superviżur konsolidant iħejji abbozz motivat b'mod sħiħ tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jkopri l-grupp u l-istituzzjonijiet ta' dan il-grupp. L-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità jistabbilixxi kull wieħed mill-punti li ġejjin:
|
(a)
|
l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;
|
|
(b)
|
l-isem tal-grupp tal-istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità huwa marbut magħhom u tapplika għalihom;
|
|
(c)
|
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;
|
|
(d)
|
id-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità u kull aġġornament rilevanti għalih;
|
|
(e)
|
il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-grupp f'livell konsolidat;
|
|
(f)
|
il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għal kull istituzzjoni fil-grupp f'livell individwali;
|
|
(g)
|
il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u s-sejbiet materjali dwar is-superviżjoni tal-likwidità inkluż dwar l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għal kull istituzzjoni fil-grupp f'livell individwali u għall-grupp f'livell konsolidat;
|
|
(h)
|
l-informazzjoni dwar xi rekwiżiti prudenzjali rilevanti jew makroprudenzjali oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;
|
|
(i)
|
id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (g) huma relatati magħha;
|
|
(j)
|
l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjoni msemmija fil-punt (g), fejn applikabbli.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|