+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi u ċerti impriżi oħra li jkunu involuti fil-ħruġ, fl-offerta lill-pubbliku u fl-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi jew li jfornu servizzi relatati mal-kriptoassi fl-Unjoni.
Artikolu 2 2.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) 

persuni li jfornu servizzi tal-kriptoassi b’mod esklużiv għall-kumpaniji omm tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom stess jew għal sussidjarji oħra tal-kumpaniji omm tagħhom;

(b) 

likwidatur jew amministratur li jaġixxi matul proċedura ta’ insolvenza, għajr għall-finijiet tal-Artikolu 47;

(c) 

il-BĊE, il-banek ċentrali tal-Istati Membri meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji jew awtoritajiet pubbliċi oħra tal-Istati Membri;

(d) 

il-Bank Ewropew tal-Investiment u s-sussidjarji tiegħu;

(e) 

il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f) 

organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Artikolu 2 3.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal kriptoassi li huma uniċi u mhux funġibbli ma’ kriptoassi oħrajn.
Artikolu 2 4.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal kriptoassi li jikkwalifikaw bħala wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji;

(b) 

depożiti, inklużi d-depożiti strutturati;

(c) 

fondi ħlief jekk jikkwalifikaw bħala tokens tal-flus elettroniċi;

(d) 

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(e) 

prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew kuntratti ta’ riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f’dik id-Direttiva;

(f) 

prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;

(g) 

skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jew tad-Direttiva 2009/138/KE;

(h) 

prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni;

(i) 

prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(j) 

sistemi ta’ sigurtà soċjali koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 ( 4 ) u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

Artikolu 2 5.
Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-ESMA għandha, għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-kwalifika tal-kriptoassi bħala strumenti finanzjarji.
Artikolu 2 6.
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.