|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Dan it-Titolu ma għandux japplika għal offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi meta japplikaw kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-kriptoassi jiġu offruti b’xejn;
(b)
il-kriptoassi jinħolqu awtomatikament bħala premju għaż-żamma tar-reġistru distribwit jew għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet;
(c)
l-offerta tikkonċerna token ta’ utilità li jipprovdi aċċess għal prodott jew servizz li jeżisti jew li qed jopera;
(d)
id-detentur tal-kriptoassi jkollu d-dritt li jużahom biss bi skambju ma’ prodotti u servizzi f’network limitat ta’ negozjanti b’arranġamenti kuntrattwali mal-offerent. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kriptoassi ma għandhomx jitqiesu bħala offruti b’xejn meta x-xerrejja jkollhom l-obbligu li jipprovdu jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu data personali lill-offerent bi skambju ma’ dawk il-kriptoassi, jew fejn l-offerent ta’ kriptoassi jirċievi mingħand id-detenturi prospettivi ta’ dawk il-kriptoassi kwalunkwe tariffa, kummissjoni, jew benefiċċju monetarju jew benefiċċju mhux monetarju bi skambju ma’ dawk il-kriptoassi. Meta, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-bidu tal-offerta inizjali lill-pubbliku, il-korrispettiv totali ta’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), fl-Unjoni jaqbeż EUR 1 000 000 , l-offerent għandu jibgħat notifika lill-awtorità kompetenti li jkun fiha deskrizzjoni tal-offerta u jispjega għaliex l-offerta hija eżentata minn dan it-Titolu skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d). Abbażi tan-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni ġustifikata kif mistħoqq meta tqis li l-attività ma tikkwalifikax għal eżenzjoni bħala network limitat skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u għandha tinforma lill-offerent b’dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|