+Artikolu 4 Offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.

Artikolu 4 Offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi fl-Unjoni sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(a) 

persuna ġuridika;

(b) 

abbozzat white paper dwar il-kriptoassi fir-rigward ta’ dak il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 6;

(c) 

innotifikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 8;

(d) 

ippubblikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(e) 

abbozzat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 7;

(f) 

ippubblikat il-kommunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(g) 

ikkonformat mar-rekwiżiti għall-offerenti stabbiliti fl-Artikolu 14.

Artikolu 4 2.

Il-paragrafu 1, il-punti (b), (c), (d), u (f), ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe wieħed mill-offerti li ġejjin lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi:

(a) 

offerta ta’ anqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru meta tali persuni jkunu qed jaġixxu għan-nom proprju;

(b) 

fuq perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-bidu tal-offerta, il-korrispettiv totali ta’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi fl-Unjoni ma jaqbiżx EUR 1 000 000 , jew l-ammont ekwivalenti f’munita uffiċjali oħra jew fi kriptoassi;

(c) 

offerta ta’ kriptoassi li tkun indirizzata biss lil investituri kwalifikati meta l-kriptoassi jkunu jistgħu jinżammu biss minn tali investituri kwalifikati.

Artikolu 4 3.

Dan it-Titolu ma għandux japplika għal offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi meta japplikaw kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-kriptoassi jiġu offruti b’xejn;

(b) 

il-kriptoassi jinħolqu awtomatikament bħala premju għaż-żamma tar-reġistru distribwit jew għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet;

(c) 

l-offerta tikkonċerna token ta’ utilità li jipprovdi aċċess għal prodott jew servizz li jeżisti jew li qed jopera;

(d) 

id-detentur tal-kriptoassi jkollu d-dritt li jużahom biss bi skambju ma’ prodotti u servizzi f’network limitat ta’ negozjanti b’arranġamenti kuntrattwali mal-offerent.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kriptoassi ma għandhomx jitqiesu bħala offruti b’xejn meta x-xerrejja jkollhom l-obbligu li jipprovdu jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu data personali lill-offerent bi skambju ma’ dawk il-kriptoassi, jew fejn l-offerent ta’ kriptoassi jirċievi mingħand id-detenturi prospettivi ta’ dawk il-kriptoassi kwalunkwe tariffa, kummissjoni, jew benefiċċju monetarju jew benefiċċju mhux monetarju bi skambju ma’ dawk il-kriptoassi.

Meta, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-bidu tal-offerta inizjali lill-pubbliku, il-korrispettiv totali ta’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), fl-Unjoni jaqbeż EUR 1 000 000 , l-offerent għandu jibgħat notifika lill-awtorità kompetenti li jkun fiha deskrizzjoni tal-offerta u jispjega għaliex l-offerta hija eżentata minn dan it-Titolu skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d).

Abbażi tan-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni ġustifikata kif mistħoqq meta tqis li l-attività ma tikkwalifikax għal eżenzjoni bħala network limitat skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u għandha tinforma lill-offerent b’dan.

Artikolu 4 4.
L-eżenzjonijiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-offerent, jew persuna oħra li taġixxi f’isem l-offerent, jgħarraf fi kwalunkwe komunikazzjoni l-intenzjoni tiegħu li jfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi.
Artikolu 4 5.

L-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi skont l-Artikolu 59 ma hijiex meħtieġa għall-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jew għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi fir-rigward tal-kriptoassi li l-offerti tagħhom lill-pubbliku jkunu eżentati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm:

(a) 

ma tkunx teżisti xi offerta oħra lill-pubbliku tal-istess kriptoassi u dik l-offerta ma tibbenefikax mill-eżenzjoni; jew

(b) 

il-kriptoassi offert ma jkunx ammess fuq pjattaforma ta’ negozjar.

Artikolu 4 6.
Meta l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi tkun tikkonċerna token ta’ utilità li tipprovdi aċċess għal prodotti u servizzi li għadhom ma’ jeżistux jew li mhux qed joperaw, it-tul tal-offerta lill-pubbliku kif deskritta fil-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux jaqbeż 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi.
Artikolu 4 7.
Kwalunkwe offerta sussegwenti lill-pubbliku tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi għandha titqies bħala offerta separata lill-pubbliku li għaliha japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-paragrafu 2 jew 3 għall-offerta sussegwenti lill-pubbliku.

Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda white paper addizzjonali dwar il-kriptoassi għal kwalunkwe offerta sussegwenti lill-pubbliku tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi sakemm tkun ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikoli 9 u 12, u l-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali white paper tagħti l-kunsens tagħha għall-użu tagħha bil-miktub.

Artikolu 4 8.
Meta offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi tkun eżentata mill-obbligu li tiġi ppubblikata white paper dwar il-kriptoassi skont il-paragrafu 2 jew 3, iżda madankollu titfassal white paper b’mod volontarju, għandu japplika dan it-Titolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.