+Artikolu 6 Kontenut u forma tal-white paper dwar il-kriptoassi
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
---+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 6 10.
---+Artikolu 6 11.
---+Artikolu 6 12.

Artikolu 6 Kontenut u forma tal-white paper dwar il-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

White paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness I:

(a) 

informazzjoni dwar l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

(b) 

informazzjoni dwar l-emittent, jekk dan ikun differenti mill-offerent jew mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;

(c) 

informazzjoni dwar l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar f’każijiet meta jfassal il-white paper dwar il-kriptoassi;

(d) 

informazzjoni dwar il-proġett tal-kriptoassi;

(e) 

informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi jew dwar l-ammissjoni għan-negozjar tagħhom;

(f) 

informazzjoni dwar il-kriptoassi;

(g) 

informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-kriptoassi;

(h) 

informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;

(i) 

informazzjoni dwar ir-riskji;

(j) 

informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħarġu l-kriptoassi.

F’każijiet meta l-white paper dwar il-kriptoassi ma titfassalx mill-persuni kif msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna li tkun fasslet il-white paper dwar il-kriptoassi u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari fasslitha.

Artikolu 6 2.
L-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux ikun fiha omissjonijiet materjali u għandha tiġi ppreżentata f’forma konċiża u li tinftiehem.
Artikolu 6 3.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni ċara u prominenti li ġejja fl-ewwel paġna:

“Din il-white paper dwar il-kriptoassi ma ġiet approvata mill-ebda awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-offerent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-white paper dwar il-kriptoassi.”.

Meta l-white paper dwar il-kriptoassi titfassal mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew minn operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, f’dak il-każ, minflok “offerent”, għandha tiġi inkluża referenza għal “persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar” jew “operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar” fid-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 6 4.
Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandu jkun fiha l-ebda stipulazzjoni fir-rigward tal-valur futur tal-kriptoassi, għajr id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.
Artikolu 6 5.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li:

(a) 

il-kriptoassi jistgħu jitilfu l-valur tagħhom parzjalment jew kompletament;

(b) 

il-kriptoassi mhux dejjem jistgħu jkunu trasferibbli;

(c) 

il-kriptoassi jistgħu ma jkunux likwidi;

(d) 

meta l-offerta lill-pubbliku tkun tikkonċerna token ta’ utilità, li t-token ta’ utilità jista’ ma jkunx skambjabbli mal-prodott jew mas-servizz imwiegħed fil-white paper dwar il-kriptoassi, speċjalment fil-każ ta’ falliment jew waqfien tal-proġett tal-kriptoassi;

(e) 

il-kriptoassi ma humiex koperti mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(f) 

il-kriptoassi ma humiex koperti mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

Artikolu 6 6.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-korp maniġerjali tal-offerent, tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew tal-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar. Dik id-dikjarazzjoni, li għandha tiddaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, għandha tikkonferma li l-white paper dwar il-kriptoassi tikkonforma ma’ dan it-Titolu u li, sa fejn ikun jaf il-korp maniġerjali, l-informazzjoni ppreżentata fil-white paper dwar il-kriptoassi tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa u li l-white paper dwar il-kriptoassi ma tagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.
Artikolu 6 7.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, li għandu fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi jew l-ammissjoni maħsuba għan-negozjar. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tal-kriptoassi kkonċernati sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi tal-kriptoassi jieħdu deċiżjoni informata.

Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija li:

(a) 

dan jenħtieġ li jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;

(b) 

id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tal-kriptoassi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;

(c) 

l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) 

il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 6 8.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-data tan-notifika tagħha u t-tabella tal-werrej.
Artikolu 6 9.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Meta l-kriptoassi jiġu offruti wkoll fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Artikolu 6 10.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni.
Artikolu 6 11.
ESMA, f’kooperazzjoni ma’ EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tal-paragrafu 10.

ESMA għandha tissottometti abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6 12.
ESMA, f’kooperazzjoni ma’ EBA, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (j), fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. ESMA għandha taġġorna dawk l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.