|
+Artikolu 6 7. |
Artikolu 6 7.Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, li għandu fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi jew l-ammissjoni maħsuba għan-negozjar. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tal-kriptoassi kkonċernati sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi tal-kriptoassi jieħdu deċiżjoni informata. Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija li:
(a)
dan jenħtieġ li jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;
(b)
id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tal-kriptoassi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;
(c)
l-offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;
(d)
il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|