+Artikolu 7 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali kriptoassi, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala tali;

(b) 

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;

(c) 

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi, meta tali white paper dwar il-kriptoassi tkun meħtieġa skont l-Artikolu 4 jew 5;

(d) 

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-offerent, tal-persuna li qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi kkonċernat, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex tkun tista’ tiġi kkuntattjata dik il-persuna;

(e) 

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun fihom b’mod ċara u prominenti d-dikjarazzjoni li ġejja:

“Din il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-kriptoassi ma ġiet rieżaminata jew approvata minn ebda awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-offerent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-kriptoassi.”.

Meta l-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni titħejja mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew mill-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, f’dak il-każ, minflok “offerent”, għandha tiġi inkluża referenza għal “persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar” jew “operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar” fid-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e).

Artikolu 7 2.
Meta tkun meħtieġa white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 4 jew 5, l-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha tiġi disseminata qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi. L-abbiltà tal-offerent, tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew tal-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, li jwettaq sondaġġi tas-suq ma għandhiex tiġi affettwata.
Artikolu 7 3.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jiġu disseminati l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkollha s-setgħa li tivvaluta l-konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jiġu disseminati l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi.

Artikolu 7 4.
L-użu ta’ kwalunkwe waħda mis-setgħat superviżorji u investigattivi stabbiliti fl-Artikolu 94 fir-rigward tal-infurzar ta’ dan l-Artikolu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-offerent, lill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.