|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali kriptoassi, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala tali;
(b)
l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;
(c)
l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi, meta tali white paper dwar il-kriptoassi tkun meħtieġa skont l-Artikolu 4 jew 5;
(d)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-offerent, tal-persuna li qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi kkonċernat, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex tkun tista’ tiġi kkuntattjata dik il-persuna;
(e)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun fihom b’mod ċara u prominenti d-dikjarazzjoni li ġejja: “Din il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-kriptoassi ma ġiet rieżaminata jew approvata minn ebda awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-offerent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-kriptoassi.”. Meta l-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni titħejja mill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew mill-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, f’dak il-każ, minflok “offerent”, għandha tiġi inkluża referenza għal “persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar” jew “operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar” fid-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|