+Artikolu 16 Awtorizzazzjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 Awtorizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, ta’ token irreferenzjat ma’ assi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx l-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi u ma tkunx:

(a) 

persuna ġuridika jew impriża oħra li tkun stabbilita fl-Unjoni u li tkun ġiet awtorizzata tagħmel dan skont l-Artikolu 21 mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha; jew

(b) 

istituzzjoni ta’ kreditu li tikkonforma mal-Artikolu 17.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, bil-kunsens bil-miktub tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi, persuni oħra jistgħu joffru lill-pubbliku jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi. Dawk il-persuni għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 27, 29 u 40.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, impriżi oħra jistgħu joħorġu tokens irreferenzjati ma’ assi biss jekk l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni ġuridiċi u jekk ikunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma legali tagħhom.

Artikolu 16 2.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta:

(a) 

fuq perjodu ta’ 12-il xahar, ikkalkolat fi tmiem kull jum kalendarju, il-valur medju pendenti tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ minn emittent qatt ma jkun jaqbeż il-EUR 5 000 000 , jew l-ammont ekwivalenti f’munita uffiċjali oħra, u l-emittent ma jkunx marbut ma’ network ta’ emittenti eżenti oħrajn; jew

(b) 

l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi tkun indirizzata biss lil investituri kwalifikati u t-token irreferenzjat ma’ assi jkun jista’ jinżamm biss minn tali investituri kwalifikati.

Meta japplika dan il-paragrafu, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jabbozzaw white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19 u jinnotifikaw dik il-white paper dwar il-kriptoassi, u, fuq talba, kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.

Artikolu 16 3.
L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti lil persuna msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun valida għall-Unjoni kollha u għandha tippermetti lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi joffri lill-pubbliku, fl-Unjoni kollha, it-token irreferenzjat ma’ assi li għalih ikun ġie awtorizzat, jew ifittex ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi.
Artikolu 16 4.
L-approvazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-white paper dwar il-kriptoassi ta’ emittent skont l-Artikolu 17(1) jew l-Artikolu 21(1) jew tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata skont l-Artikolu 25 għandha tkun valida għall-Unjoni kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.