|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, ta’ token irreferenzjat ma’ assi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx l-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi u ma tkunx:
(a)
persuna ġuridika jew impriża oħra li tkun stabbilita fl-Unjoni u li tkun ġiet awtorizzata tagħmel dan skont l-Artikolu 21 mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha; jew
(b)
istituzzjoni ta’ kreditu li tikkonforma mal-Artikolu 17. Minkejja l-ewwel subparagrafu, bil-kunsens bil-miktub tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi, persuni oħra jistgħu joffru lill-pubbliku jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi. Dawk il-persuni għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 27, 29 u 40. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, impriżi oħra jistgħu joħorġu tokens irreferenzjati ma’ assi biss jekk l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni ġuridiċi u jekk ikunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma legali tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|