+Artikolu 18 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
|
Artikolu 18 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jkunu biħsiebhom joffru lill-pubbliku tokens irreferenzjati ma’ assi jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
l-indirizz tal-emittent li japplika;
(b)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent li japplika;
(c)
l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-emittent li japplika, meta applikabbli;
(d)
programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju li l-emittent li japplika jkun biħsiebu jsegwi;
(e)
opinjoni legali li t-token irreferenzjat ma’ assi ma jikkwalifikax bħala wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(4); jew
(ii)
token tal-flus elettroniċi;
(f)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza tal-emittent li japplika kif imsemmija fl-Artikolu 34(1);
(g)
meta jeżistu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi speċifiċi tal-kriptoassi, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ kontroll intern tagħhom biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849;
(h)
l-identità tal-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent li japplika;
(i)
prova li l-persuni msemmija fil-punt (h) jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw lill-emittent li japplika;
(j)
prova li kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett kemm jekk indirett, li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-emittent li japplika jkollu reputazzjoni tajba biżżejjed;
(k)
white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19;
(l)
il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu;
(m)
deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali mal-entitajiet terzi kif msemmija fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu;
(n)
deskrizzjoni tal-politika tal-kontinwità tal-operat tal-emittent li japplika msemmija fl-Artikolu 34(9);
(o)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 34(10);
(p)
deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri stabbiliti għas-salvagwardja tad -disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data kif imsemmija fl-Artikolu 34(11);
(q)
deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti tal-emittent li japplika kif imsemmi fl-Artikolu 31;
(r)
meta applikabbli, lista ta’ Stati Membri ospitanti fejn l-emittent li japplika jkun biħsiebu joffri t-token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew ikun biħsiebu jfittex ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Emittenti li diġa’ ġew awtorizzati fir-rigward ta’ token irreferenzjat ma’ assi wieħed ma għandu jkollhom l-obbligu li jissottomettu, għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ token irreferenzjat ma’ assi ieħor, kwalunkwe informazzjoni li tkun preċedentement ġiet sottomessa minnhom lill-awtorità kompetenti meta tali informazzjoni tkun identika. Meta jissottometti l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, l-emittent għandu jikkonferma espressament li kwalunkwe informazzjoni mhux sottomessa mill-ġdid tkun għadha aġġornata.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-awtorita’ kompetenti għandha minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni skont il-paragrafu 1, tikkonferma bil-miktub li tkun irċevietha lill-emittent li japplika.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (i) u (j), l-emittent li japplika ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jipprovdi prova ta’ dan kollu li ġej:
(a)
għall-membri kollha tal-korp maniġerjali, l-assenza ta’ fedina penali fir-rigward ta’ kundanni jew l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;
(b)
li l-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent li japplika, tat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod kollettiv ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi u li dawk il-persuni jkollhom l-obbligu li jallokaw biżżejjed ħin sabiex iwettqu l-impenji tagħhom;
(c)
għall-azzjonisti u l-membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti kollha li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent li japplika, l-assenza ta’ fedina penali fir-rigward ta’ kundanni u l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;
|
|
Artikolu 18 6.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 18 7.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard biex l-informazzjoni tiġi inkluża fl-applikazzjoni sabiex tiżgura l-uniformità fl-Unjoni kollha. L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|