|
+Artikolu 18 5. |
Artikolu 18 5.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (i) u (j), l-emittent li japplika ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jipprovdi prova ta’ dan kollu li ġej:
(a)
għall-membri kollha tal-korp maniġerjali, l-assenza ta’ fedina penali fir-rigward ta’ kundanni jew l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;
(b)
li l-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent li japplika, tat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod kollettiv ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi u li dawk il-persuni jkollhom l-obbligu li jallokaw biżżejjed ħin sabiex iwettqu l-impenji tagħhom;
(c)
għall-azzjonisti u l-membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti kollha li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent li japplika, l-assenza ta’ fedina penali fir-rigward ta’ kundanni u l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|