|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
l-indirizz tal-emittent li japplika;
(b)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent li japplika;
(c)
l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-emittent li japplika, meta applikabbli;
(d)
programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju li l-emittent li japplika jkun biħsiebu jsegwi;
(e)
opinjoni legali li t-token irreferenzjat ma’ assi ma jikkwalifikax bħala wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(4); jew
(ii)
token tal-flus elettroniċi;
(f)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza tal-emittent li japplika kif imsemmija fl-Artikolu 34(1);
(g)
meta jeżistu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi speċifiċi tal-kriptoassi, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ kontroll intern tagħhom biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849;
(h)
l-identità tal-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent li japplika;
(i)
prova li l-persuni msemmija fil-punt (h) jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw lill-emittent li japplika;
(j)
prova li kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett kemm jekk indirett, li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-emittent li japplika jkollu reputazzjoni tajba biżżejjed;
(k)
white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19;
(l)
il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu;
(m)
deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali mal-entitajiet terzi kif msemmija fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu;
(n)
deskrizzjoni tal-politika tal-kontinwità tal-operat tal-emittent li japplika msemmija fl-Artikolu 34(9);
(o)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 34(10);
(p)
deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri stabbiliti għas-salvagwardja tad -disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data kif imsemmija fl-Artikolu 34(11);
(q)
deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti tal-emittent li japplika kif imsemmi fl-Artikolu 31;
(r)
meta applikabbli, lista ta’ Stati Membri ospitanti fejn l-emittent li japplika jkun biħsiebu joffri t-token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew ikun biħsiebu jfittex ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|