+Artikolu 22 Rapportar dwar tokens irreferenzjati ma’ assi
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.

Artikolu 22 Rapportar dwar tokens irreferenzjati ma’ assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.

Għal kull token irreferenzjat ma’ assi b’valur tal-ħruġ li jkun ogħla minn EUR 100 000 000 , l-emittent għandu jirrapporta fuq bażi trimestrali lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

in-numru ta’ detenturi;

(b) 

il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ u d-daqs tar-riżerva ta’ assi;

(c) 

il-medja tan-numru u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet kuljum matul it-trimestru rilevanti;

(d) 

stima tal-medja tan-numru u l-valur aggregat medju tat- tranżazzjonijiet kuljum matul it-trimestru rilevanti li huma assoċjati mal-użi tagħha bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika.

Għall-finijiet tal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, “tranżazzjoni” għandha tfisser kwalunkwe bidla tal-persuna fiżika jew ġuridika intitolata għat-token irreferenzjat ma’ assi bħala riżultat tat-trasferiment tat-token irreferenzjat ma’ assi minn indirizz jew kont ta’ reġistru distribwit wieħed għal ieħor.

Tranżazzjonijiet li huma assoċjati mal-iskambju għal fondi jew kriptoassi oħra mal-emittent jew ma’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx jitqiesu bħala assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala mezz ta’ skambju, sakemm ma jkunx hemm evidenza li t-token irreferenzjat ma’ assi huwa użat għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi kriptoassi oħra.

Artikolu 22 2.
L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jikkonformaw mal-obbligu ta’ rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi maħruġa b’valur ta’ anqas minn EUR 100 000 000 .
Artikolu 22 3.
Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, li jfornu servizzi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi, għandhom jipprovdu lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż billi jirrapportaw tranżazzjonijiet barra mir-reġistru distribwit.
Artikolu 22 4.
L-awtorità kompetenti għandha tikkondividi l-informazzjoni riċevuta mal-BĊE u, meta applikabbli, mal-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4) u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.
Artikolu 22 5.
Il-BĊE u, meta applikabbli, il-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4) jistgħu jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-istimi tagħhom stess tal-medja trimestrali tan-numru u l-valur aggregat medju ta’ tranżazzjonijiet kuljum li huma assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjati ma’ assi bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika.
Artikolu 22 6.
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija biex tiġi stmata l-medja trimestrali tan-numru u l-valur aggregate medju tat-tranżazzjonijiet kuljum li huma assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjati ma’ assi bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 22 7.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 u tad-dispożizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.