|
+Artikolu 22 1. |
Artikolu 22 1.Għal kull token irreferenzjat ma’ assi b’valur tal-ħruġ li jkun ogħla minn EUR 100 000 000 , l-emittent għandu jirrapporta fuq bażi trimestrali lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:
(a)
in-numru ta’ detenturi;
(b)
il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ u d-daqs tar-riżerva ta’ assi;
(c)
il-medja tan-numru u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet kuljum matul it-trimestru rilevanti;
(d)
stima tal-medja tan-numru u l-valur aggregat medju tat- tranżazzjonijiet kuljum matul it-trimestru rilevanti li huma assoċjati mal-użi tagħha bħala mezz ta’ skambju f’żona ta’ munita unika. Għall-finijiet tal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, “tranżazzjoni” għandha tfisser kwalunkwe bidla tal-persuna fiżika jew ġuridika intitolata għat-token irreferenzjat ma’ assi bħala riżultat tat-trasferiment tat-token irreferenzjat ma’ assi minn indirizz jew kont ta’ reġistru distribwit wieħed għal ieħor. Tranżazzjonijiet li huma assoċjati mal-iskambju għal fondi jew kriptoassi oħra mal-emittent jew ma’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx jitqiesu bħala assoċjati ma’ użi tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala mezz ta’ skambju, sakemm ma jkunx hemm evidenza li t-token irreferenzjat ma’ assi huwa użat għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fi kriptoassi oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|