|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom, fi kwalunkwe ħin, fondi proprji ugwali għal ammont ta’ mill-anqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
EUR 350 000 ;
(b)
2 % tal-ammont medju tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;
(c)
kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-ammont medju tar-riżerva ta’ assi għandu jfisser l-ammont medju tal-assi ta’ riżerva fl-aħħar ta’ kull jum kalendarju, ikkalkolat matul is-sitt xhur ta’ qabel. Meta emittent joffri aktar minn token irreferenzjat ma’ assi wieħed, l-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun is-somma tal-ammont medju tal-assi ta’ riżerva li jiggarantixxu kull token irreferenzjat ma’ assi. L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandu jiġi rivedut annwalment u kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 67(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|