+Artikolu 35 Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
|
Artikolu 35 Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom, fi kwalunkwe ħin, fondi proprji ugwali għal ammont ta’ mill-anqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:
(b)
2 % tal-ammont medju tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;
(c)
kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-ammont medju tar-riżerva ta’ assi għandu jfisser l-ammont medju tal-assi ta’ riżerva fl-aħħar ta’ kull jum kalendarju, ikkalkolat matul is-sitt xhur ta’ qabel. Meta emittent joffri aktar minn token irreferenzjat ma’ assi wieħed, l-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun is-somma tal-ammont medju tal-assi ta’ riżerva li jiggarantixxu kull token irreferenzjat ma’ assi. L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandu jiġi rivedut annwalment u kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 67(3).
|
|
Artikolu 35 2.
|
Il-fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu mill-entrati u mill-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità komuni msemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara t-tnaqqis bis-sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet ta’ livell limitu msemmija fl-Artikolu 46(4) u l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 35 3.
|
L-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tista’ tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jżomm ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta valutazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin tkun tindika livell ta’ riskju ogħla:
(a)
l-evalwazzjoni tal-proċessi ta’ mmaniġġjar tar-riskju u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 34(1), (8) u (10);
(b)
il-kwalità u l-volatilità tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;
(c)
it-tipi ta’ drittijiet mogħtija mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi lid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi f’konformità mal-Artikolu 39;
(d)
meta r-riżerva ta’ assi tinkludi investimenti, ir-riskji ppreżentati mill-politika ta’ investiment fuq ir-riżerva ta’ assi;
(e)
il-valur aggregat u n-numru ta’ tranżazzjonijiet saldati fit-token irreferenzjat ma’ assi;
(f)
l-importanza tas-swieq li fihom jiġu offruti u kkummerċjalizzati t-token irreferenzjat ma’ assi;
(g)
meta applikabbli, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tat-token irreferenzjat ma’ assi.
|
|
Artikolu 35 4.
|
L-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tista’ tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi li mhuhiex sinifikanti jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45, meta meħtieġ biex tindirizza l-livell ogħla ta’ riskji identifikati f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew kwalunkwe riskju ieħor li l-Artikolu 45 ikollu l-għan li jindirizza, pereżempju r-riskji ta’ likwidità.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, fuq bażi regolari, għandhom jagħmlu ttestjar tal-istress li jqis xenarji ta’ stress finanzjarju ħorox iżda plawżibbli, pereżempju xokkijiet fir-rata tal-imgħax, u xenarji ta’ stress mhux finanzjarju, pereżempju r-riskju operazzjonali. Abbażi tal-eżitu ta’ tali ttestjar tal-istress, l-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju għandha tirrikjedi lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jkollu ammont ta’ fondi proprji li jkun bejn 20 % u 40 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), f’ċerti ċirkostanzi meta jitqiesu l-prospetti tar-riskju u r-riżultati tal-ittestjar tal-istress.
|
|
Artikolu 35 6.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment:
(a)
il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien għal emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sabiex jaġġusta għar-rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji kif stabbilit fil-paragrafu 3;
(b)
il-kriterji għall-ħtieġa ta’ ammont ta’ fondi proprji ogħla kif stabbilit fil-paragrafu 3;
(c)
ir-rekwiżiti minimi għat-tfassil ta’ programmi ta’ ttestjar tal-istress, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità u n-natura tat-token irreferenzjat ma’ assi, inklużi iżda mhux biss:
(i)
it-tipi ta’ ttestjar tal-istress u l-objettivi u l-applikazzjonijiet ewlenin tagħhom;
(ii)
il-frekwenza tal-eżerċizzji differenti tal-ittestjar tal-istress;
(iii)
l-arranġamenti ta’ governanza interna;
(iv)
l-infrastruttura tad-data rilevanti;
(v)
il-metodoloġija u l-plawżibbiltà tas-suppożizzjonijiet;
(vi)
l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-rekwiżiti minimi kollha, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi; u
(vii)
il-perjodiċità minima tat-testijiet tal-istress u l-parametri ta’ referenza komuni tax-xenarji tat-test tal-istress.
L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|