+Artikolu 36 8.

Artikolu 36 8.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom politika ċara u dettaljata li tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni ta’ tali tokens. Dik il-politika għandha b’mod partikolari:

(a) 

telenka l-assi rreferenzjati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi, u l-kompożizzjoni ta’ dawk l-assi;

(b) 

tiddeskrivi t-tip ta’ assi u l-allokazzjoni preċiża tal-assi li jkunu inklużi fir-riżerva ta’ assi;

(c) 

ikun fiha valutazzjoni dettaljata tar-riskji, inklużi r-riskju ta’ kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni u r-riskju tal-likwidità li jirriżultaw mir-riżerva ta’ assi;

(d) 

tiddeskrivi l-proċedura li biha jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi, u l-proċedura li biha tali ħruġ u fidi jirriżultaw f’żieda u tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi;

(e) 

issemmi jekk parti mir-riżerva ta’ assi hijiex investita kif previst fl-Artikolu 38;

(f) 

meta l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jinvestu parti mir-riżerva ta’ assi kif previst fl-Artikolu 38, tiddeskrivi f’dettall il-politika ta’ investiment u jkun fiha valutazzjoni ta’ kif dik il-politika ta’ investiment tista’ taffettwa l-valur tar-riżerva ta’ assi;

(g) 

tiddeskrivi l-proċedura għax-xiri ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u għall-fidi ta’ tali tokens kontra r-riżerva ta’ assi, u telenka l-persuni jew il-kategoriji ta’ persuni li jkunu intitolati li jagħmlu dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.