+Artikolu 36 L-obbligu li jkun hemm riżerva ta’ assi, u l-kompożizzjoni u l-immaniġġjar ta’ din ir-riżerva ta’ assi
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.
---+Artikolu 36 9.
---+Artikolu 36 10.
---+Artikolu 36 11.
---+Artikolu 36 12.
|
Artikolu 36 L-obbligu li jkun hemm riżerva ta’ assi, u l-kompożizzjoni u l-immaniġġjar ta’ din ir-riżerva ta’ assi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jikkostitwixxu u jżommu f’kull ħin riżerva ta’ assi. Ir-riżerva ta’ assi għandha tkun komposta u amministrata b’tali mod li:
(a)
ir-riskji assoċjati mal-assi referenzjati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu koperti; u
(b)
ir-riskji tal-likwidità assoċjati mad-drittijiet permanenti ta’ fidi tad-detenturi huma indirizzati.
|
|
Artikolu 36 2.
|
Ir-riżerva ta’ assi għandha tkun legalment segregata mill-patrimonju tal-emittenti, kif ukoll mir-riżerva ta’ assi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi oħra, fl-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi f’konformità mal-liġi applikabbli, b’mod li l-kredituri tal-emittenti ma jkollhom l-ebda rikors fuq ir-riżerva ta’ assi, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza.
|
|
Artikolu 36 3.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw li r-riżerva ta’ assi tkun segregata operazzjonalment mill-patrimonju tagħhom, kif ukoll mir-riżerva ta’ assi ta’ tokens oħra.
|
|
Artikolu 36 4.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti ta’ likwidità, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità u n-natura tar-riżerva ta’ assi u tat-token irreferenzjat ma’ assi nnifsu. L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari:
(a)
il-perċentwal rilevanti tar-riżerva ta’ assi skont il-maturitajiet ta’ kuljum, inkluż il-perċentwal ta’ ftehimiet ta’ retroriakkwist li jistgħu jiġu tterminati billi jingħata avviż minn qabel ta’ jum tax-xogħol, jew il-perċentwal ta’ flus kontanti li jistgħu jinġibdu billi jingħata avviż minn qabel ta’ jum tax-xogħol;
(b)
il-perċentwal rilevanti tar-riżerva ta’ assi skont il-maturitajiet ta’ kull ġimgħa, inkluż il-perċentwal ta’ ftehimiet ta’ retroriakkwist li jistgħu jiġu tterminati billi jingħata avviż minn qabel ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, jew il-perċentwal ta’ flus kontanti li jistgħu jinġibdu billi jingħata avviż minn qabel ta’ ħamest ijiem tax-xogħol;
(c)
maturitajiet rilevanti oħra, u tekniki ġenerali għall-immaniġġjar tal-likwidità;
(d)
l-ammonti minimi f’kull munita uffiċjali referenzjati li għandhom jinżammu bħala depożiti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, li ma jistgħux ikunu anqas minn 30 % tal-ammont irreferenzjat f’kull munita uffiċjali.
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu, l-EBA għandha tqis, fost l-oħrajn, il-livelli limitu rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2009/65/KE. L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 36 5.
|
L-emittenti li joffru lill-pubbliku żewġ jew aktar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom joperaw u jżommu gruppi segregati ta’ riżervi ta’ assi għal kull token irreferenzjat ma’ assi. Kull wieħed minn dawk il-gruppi ta’ riżervi ta’ assi għandu jiġi ġestit b’mod separat. Fejn emittenti differenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi joffru l-istess token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku, dawk l-emittenti għandhom joperaw u jżommu biss riżerva ta’ assi waħda għal dak it-token irreferenzjat ma’ assi.
|
|
Artikolu 36 6.
|
Il-korpi maniġerjali ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw l-immaniġġjar effettiv u prudenti tar-riżerva ta’ assi. L-emittenti għandhom jiżguraw li l-ħruġ u l-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi dejjem ikunu akkumpanjati minn żieda jew tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi.
|
|
Artikolu 36 7.
|
L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jiddetermina l-valur aggregat tar-riżerva ta’ assi billi juża l-prezzijiet tas-suq. Il-valur aggregat tagħha għandu jkun mill-anqas daqs il-valur aggregat tal-pretensjonijiet kontra l-emittent mid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi fiċ-ċirkolazzjoni.
|
|
Artikolu 36 8.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom politika ċara u dettaljata li tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni ta’ tali tokens. Dik il-politika għandha b’mod partikolari:
(a)
telenka l-assi rreferenzjati mit-tokens irreferenzjati ma’ assi, u l-kompożizzjoni ta’ dawk l-assi;
(b)
tiddeskrivi t-tip ta’ assi u l-allokazzjoni preċiża tal-assi li jkunu inklużi fir-riżerva ta’ assi;
(c)
ikun fiha valutazzjoni dettaljata tar-riskji, inklużi r-riskju ta’ kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni u r-riskju tal-likwidità li jirriżultaw mir-riżerva ta’ assi;
(d)
tiddeskrivi l-proċedura li biha jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi, u l-proċedura li biha tali ħruġ u fidi jirriżultaw f’żieda u tnaqqis korrispondenti fir-riżerva ta’ assi;
(e)
issemmi jekk parti mir-riżerva ta’ assi hijiex investita kif previst fl-Artikolu 38;
(f)
meta l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jinvestu parti mir-riżerva ta’ assi kif previst fl-Artikolu 38, tiddeskrivi f’dettall il-politika ta’ investiment u jkun fiha valutazzjoni ta’ kif dik il-politika ta’ investiment tista’ taffettwa l-valur tar-riżerva ta’ assi;
(g)
tiddeskrivi l-proċedura għax-xiri ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u għall-fidi ta’ tali tokens kontra r-riżerva ta’ assi, u telenka l-persuni jew il-kategoriji ta’ persuni li jkunu intitolati li jagħmlu dan.
|
|
Artikolu 36 9.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(12), l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jagħtu mandat għal awditu indipendenti tar-riżerva ta’ assi kull sitt xhur, li jivvaluta l-konformità mar-regoli ta’ dan il-Kapitolu, mid-data tal-awtorizzazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 21 jew mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.
|
|
Artikolu 36 10.
|
L-emittent għandu jinnotifika r-riżultati tal-awditu msemmi fil-paragrafu 9 lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data ta’ referenza tal-valutazzjoni. L-emittent għandu jippubblika r-riżultat tal-awditu fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjonijiet lil emittent biex idewwem il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-awditu fil-każ li:
(a)
l-emittent ikun intalab jimplimenta arranġament jew miżuri ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 46(3);
(b)
l-emittent ikun intalab jimplimenta pjan ta’ fidi f’konformità mal-Artikolu 47;
(c)
jitqies neċessarju biex jiġu protetti l-interessi ekonomiċi tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi;
(d)
jitqies neċessarju biex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja tal-Istat Membru domiċiljari jew ta’ Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 36 11.
|
Il-valutazzjoni bil-prezzijiet tas-suq imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir bl-użu ta’ valwazzjoni skont is-suq, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
) kull meta jkun possibbli. Meta tintuża valwazzjoni skont is-suq, l-assi ta’ riżerva għandu jiġi vvalutat min-naħa l-aktar prudenti tat-talba u tal-offerta sakemm l-assi ta’ riżerva ma jkunx jista’ jingħalaq f’nofs is-suq. Għandha tintuża biss data tas-suq ta’ kwalità tajba, u tali data għandha tiġi vvalutata abbażi tal-fatturi kollha li ġejjin:
(a)
in-numru u l-kwalità tal-kontropartijiet;
(b)
il-volum u l-fatturat tal-assi ta’ riżerva fis-suq;
(c)
id-daqs tar-riżerva ta’ assi.
|
|
Artikolu 36 12.
|
Meta l-użu tal-valwazzjoni skont is-suq kif imsemmi fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx possibbli jew id-data tas-suq ma tkunx ta’ kwalità tajba biżżejjed, l-assi ta’ riżerva għandu jiġi vvalutat b’mod konservattiv billi tintuża valwazzjoni skont mudell, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2017/1131. Il-mudell għandu jistma b’mod preċiż il-valur intrinsiku tal-assi ta’ riżerva, fuq il-bażi tal-fatturi ewlenin aġġornati kollha li ġejjin:
(a)
il-volum u l-fatturat fis-suq ta’ dak l-assi ta’ riżerva;
(b)
id-daqs tar-riżerva ta’ assi;
(c)
ir-riskju tas-suq, ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u r-riskju ta’ kreditu marbuta mal-assi ta’ riżerva.
Meta tintuża valwazzjoni skont mudell, ma għandux jintuża l-metodu ta’ kost amortizzat, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2017/1131.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|