|
+Artikolu 37 1. |
Artikolu 37 1.L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politiki, proċeduri u arranġamenti kuntrattwali ta’ kustodja li jiżguraw f’kull ħin li:
(a)
l-assi ta’ riżerva ma jkunux gravati u lanqas ma jkunu mirhuna bħala “arranġament kollaterali finanzjarju” kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );
(b)
l-assi ta’ riżerva jkunu miżmuma f’kustodja f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollhom aċċess fil-pront għall-assi ta’ riżerva sabiex jissodisfaw kwalunkwe talba ta’ fidi mid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;
(d)
jiġu evitati l-konċentrazzjonijiet tal-kustodji ta’ assi ta’ riżerva;
(e)
jiġi evitat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ assi ta’ riżerva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|