|
+Artikolu 37 9. |
Artikolu 37 9.Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment maħtura bħala kustodji f’konformità mal-paragrafu 4 ma għandhomx iwettqu attivitajiet fir-rigward tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess bejn dawk l-emittenti, id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u huma stess sakemm ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti ta’ investiment ikunu sseparaw funzjonalment u ġerarkikament it-twettiq tal-kompiti ta’ kustodja tagħhom mill-kompiti potenzjalment konfliġġenti tagħhom;
(b)
il-kunflitti ta’ interess potenzjali jkunu ġew identifikati, immonitorjati, immaniġġjati u żvelati b’mod xieraq mill-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, f’konformità mal-Artikolu 32. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|