+Artikolu 38 Investiment tar-riżerva ta’ assi
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
|
Artikolu 38 Investiment tar-riżerva ta’ assi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-emittenti tat- tokens irreferenzjati ma’ assi li jinvestu parti mir-riżerva ta’ assi għandhom jinvestu dawk l-assi biss fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ konċentrazzjoni minimi. L-investimenti għandhom ikunu kapaċi jiġu llikwidati malajr b’effett negattiv minimu fuq il-prezz.
|
|
Artikolu 38 2.
|
L-unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) għandhom jitqiesu bħala assi b’riskju minimu tas-suq, ta’ kreditu u tal-konċentrazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta dik l-UCITS tinvesti biss f’assi kif speċifikat aktar mill-EBA f’konformità mal-paragrafu 5 u meta l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jiżgura li r-riżerva ta’ assi tiġi investita b’tali mod li r-riskju tal-konċentrazzjoni jiġi minimizzat.
|
|
Artikolu 38 3.
|
L-istrumenti finanzjarji li fihom tiġi investita r-riżerva ta’ assi għandhom jinżammu f’kustodja f’konformità mal-Artikolu 37.
|
|
Artikolu 38 4.
|
Il-profitti jew it-telf kollha, inklużi l-fluttwazzjonijiet fil-valur tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, u kwalunkwe riskju tal-kontroparti jew operazzjonali li jirriżulta mill-investiment tar-riżerva ta’ assi, għandhom jiġġarrbu mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi.
|
|
Artikolu 38 5.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mal-ESMA u l-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jitqiesu bħala likwidi ħafna u li jkollhom riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju tal-konċentrazzjoni minimi kif imsemmi fil-paragrafu 1. Meta tispeċifika dawk l-istrumenti finanzjarji, l-EBA għandha tqis:
(a)
id-diversi tipi ta’ assi li jistgħu jiġu rreferenzjati b’token irreferenzjat ma’ assi;
(b)
il-korrelazzjoni bejn l-assi rreferenzjati mit-token irreferenzjat ma’ assi u l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna li l-emittent jista’ jinvesti fihom;
(c)
ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif aktar speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (
15
);
(d)
ir-restrizzjonijiet fuq il-konċentrazzjoni li jipprevjenu lill-emittent milli:
(i)
jinvesti aktar minn ċertu perċentwal ta’ assi ta’ riżerva fi strumenti finanzjarji likwidi għolja b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ konċentrazzjoni minimi maħruġa minn entità waħda;
(ii)
jżomm f’kustodja aktar minn ċertu perċentwal ta’ kriptoassi jew assi ma’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
), jew ditti ta’ investiment.
Għall-finijiettal-punt (d)(i) tal-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tfassal limiti xierqa biex tiddetermina r-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni. Dawk il-limiti għandhom iqisu, fost l-oħrajn, il-livelli limitu rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2009/65/KE. L-EBA għandha tissotometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa 30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|