|
+Artikolu 38 5. |
Artikolu 38 5.L-EBA, f’kooperazzjoni mal-ESMA u l-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jitqiesu bħala likwidi ħafna u li jkollhom riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju tal-konċentrazzjoni minimi kif imsemmi fil-paragrafu 1. Meta tispeċifika dawk l-istrumenti finanzjarji, l-EBA għandha tqis:
(a)
id-diversi tipi ta’ assi li jistgħu jiġu rreferenzjati b’token irreferenzjat ma’ assi;
(b)
il-korrelazzjoni bejn l-assi rreferenzjati mit-token irreferenzjat ma’ assi u l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna li l-emittent jista’ jinvesti fihom;
(c)
ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif aktar speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 ( 15 );
(d)
ir-restrizzjonijiet fuq il-konċentrazzjoni li jipprevjenu lill-emittent milli:
(i)
jinvesti aktar minn ċertu perċentwal ta’ assi ta’ riżerva fi strumenti finanzjarji likwidi għolja b’riskju tas-suq, riskju ta’ kreditu u riskju ta’ konċentrazzjoni minimi maħruġa minn entità waħda;
(ii)
jżomm f’kustodja aktar minn ċertu perċentwal ta’ kriptoassi jew assi ma’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), jew ditti ta’ investiment. Għall-finijiettal-punt (d)(i) tal-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tfassal limiti xierqa biex tiddetermina r-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni. Dawk il-limiti għandhom iqisu, fost l-oħrajn, il-livelli limitu rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2009/65/KE. L-EBA għandha tissotometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa 30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|