+Artikolu 42 1.

Artikolu 42 1.

Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(4), l-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 41(1) skont il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b) 

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tmexxi n-negozju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c) 

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju previst u mfittex fir-rigward tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi li għalih tkun proposta l-akkwiżizzjoni;

(d) 

jekk l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi hux se jkun kapaċi jikkonforma u jkompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;

(e) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) u (5) rispettivament tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew jekk l-akkwiżizzjoni proposta tistax iżżid ir-riskju ta’ dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.