+Artikolu 45 Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
|
Artikolu 45 Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jadottaw, jimplimentaw u jżommu politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi l-immaniġġjar tar-riskju solidu u effettiv ta’ tali emittenti u li ma toħloqx inċentivi għar-rilassament tal-istandards tar-riskju.
|
|
Artikolu 45 2.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jiżguraw li tali tokens ikunu jistgħu jinżammu f’kustodja minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi differenti awtorizzati għal forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, inkluż minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jappartjenux għall-istess grupp, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE, fuq bażi ġusta, raġonevoli u mhux diskriminatorja.
|
|
Artikolu 45 3.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità sabiex jissodisfaw it-talbiet ta’ fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mid-detenturi tagħhom. Għal dak l-għan, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politika u proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità. Dik il-politika u dawk il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-assi ta’ riżerva jkollhom profil ta’ likwidità reżiljenti li jippermetti lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jkomplu joperaw normalment, inkluż taħt xenarji tal-istress ta’ likwidità.
|
|
Artikolu 45 4.
|
►C2
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom, fuq bażi regolari, iwettqu ttestjar tal-istress ta’ likwidità. Skont l-eżitu ta’ tali testijiet, l-EBA tista’ tiddeċiedi li ssaħħaħ ir-rekwiżiti tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 36(4). ◄
Meta emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti joffru żewġ jew aktar tokens irreferenzjati ma’ assi jew jipprovdi servizzi tal-kriptoassi, dawk it-testijiet tal-istress għandhom ikopru dawk l-attivitajiet kollha b’mod komprensiv u olistiku.
|
|
Artikolu 45 5.
|
Il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jiġi stabbilit għal 3 % tal-ammont medju tal-assi ta’ riżerva għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti.
|
|
Artikolu 45 6.
|
Meta diversi emittenti joffru l-istess token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għal kull emittent. Meta emittent joffri żewġ jew aktar tokens irreferenzjati ma’ assi fl-Unjoni, u tal-inqas wieħed minn dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi jkun ikklassifikat bħala sinifikanti, il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għal dak l-emittent.
|
|
Artikolu 45 7.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika:
(a)
il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ governanza dwar il-politika ta’ rimunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
il-kontenut minimu tal-politika u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità kif stabbiliti fil-paragrafu 3, u r-rekwiżiti tal-likwidità, inkluż billi jiġi speċifikat l-ammont minimu ta’ depożiti f’kull munita uffiċjali rreferenzjata, li ma jistax ikun anqas minn 60 % tal-ammont irreferenzjat f’kull munita uffiċjali;
(c)
il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien għal emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti sabiex jaġġusta l-ammont ta’ fondi proprji tiegħu kif meħtieġ mill-paragrafu 5.
Fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-EBA għandha tikkalibra l-istandards tekniċi filwaqt li tqis kwalunkwe interazzjoni possibbli bejn ir-rekwiżiti regolatorji stabbiliti minn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti regolatorji stabbiliti minn atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni. L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 45 8.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-BĊE, għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-parametri ta’ referenza komuni tax-xenarji tal-ittestjar tal-istress li għandhom jiġu inklużi fit-testijiet tal-istress msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati perjodikament filwaqt li jqisu l-aħħar żviluppi tas-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|