|
+Artikolu 45 7. |
Artikolu 45 7.L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika:
(a)
il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ governanza dwar il-politika ta’ rimunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
il-kontenut minimu tal-politika u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità kif stabbiliti fil-paragrafu 3, u r-rekwiżiti tal-likwidità, inkluż billi jiġi speċifikat l-ammont minimu ta’ depożiti f’kull munita uffiċjali rreferenzjata, li ma jistax ikun anqas minn 60 % tal-ammont irreferenzjat f’kull munita uffiċjali;
(c)
il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien għal emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti sabiex jaġġusta l-ammont ta’ fondi proprji tiegħu kif meħtieġ mill-paragrafu 5. Fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-EBA għandha tikkalibra l-istandards tekniċi filwaqt li tqis kwalunkwe interazzjoni possibbli bejn ir-rekwiżiti regolatorji stabbiliti minn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti regolatorji stabbiliti minn atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni. L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|