+Artikolu 46 Pjan ta’ rkupru
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
|
Artikolu 46 Pjan ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
Emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu iifassal u jżomm pjan ta’ rkupru li jipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-emittent biex jerġa’ jiġi f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi f’każijiet fejn l-emittent jonqos milli jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti. Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi wkoll il-preservazzjoni tas-servizzi tal-emittent relatati mat-token irreferenzjat ma’ assi, l-irkupru f’waqtu tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-emittent fil-każ ta’ avvenimenti li joħolqu riskju sinifikanti li jkunu ta’ xkiel għall-operazzjonijiet. Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi kundizzjonijiet u proċeduri xierqa li jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ rkupru, inkluż:
(a)
it-tariffi ta’ likwidità fuq il-fidi;
(b)
il-limiti għall-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi li għandhom jinfdew fi kwalunkwe jum tax-xogħol;
|
|
Artikolu 46 2.
|
L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-pjan ta’ rkupru lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17. L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi emendi għall-pjan ta’ rkupru meta meħtieġ biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu u għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li titlob dawk l-emendi lill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak il-pjan. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata mill-emittent fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-emittent għandu jirrieżamina u jaġġorna regolarment il-pjan ta’ rkupru. Meta applikabbli, l-emittent għandu jinnotifika wkoll il-pjan ta’ rkupru lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji prudenzjali tiegħu b’mod parallel mal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Meta l-emittent jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi kif imsemmi fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu jew, minħabba kundizzjoni finanzjarja li qed tiddeterjora rapidament, x’aktarx li fil-futur qarib ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti, l-awtorità kompetenti, sabiex tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-emittent jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru jew jaġġorna tali pjan ta’ rkupru meta ċ-ċirkostanzi jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan aġġornat f’perijodu ta’ żmien speċifiku.
|
|
Artikolu 46 4.
|
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tissospendi temporanjament il-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, dment li s-sospensjoni tkun ġustifikata, filwaqt li jitqiesu l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-istabbiltà finanzjarja.
|
|
Artikolu 46 5.
|
Meta applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji prudenzjali tal-emittent bi kwalunkwe miżura meħuda skont il-paragrafi 3 u 4.
|
|
Artikolu 46 6.
|
L-EBA, wara konsultazzjoni ma’ ESMA, għandha toħroġ linji gwida f’konformita’ mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika l-format tal-pjan ta’ rkupru u l-informazzjoni li għandha tkun fornita fil-pjan ta’ rkupru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|