|
+Artikolu 46 1. |
Artikolu 46 1.Emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu iifassal u jżomm pjan ta’ rkupru li jipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-emittent biex jerġa’ jiġi f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għar-riżerva ta’ assi f’każijiet fejn l-emittent jonqos milli jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti. Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi wkoll il-preservazzjoni tas-servizzi tal-emittent relatati mat-token irreferenzjat ma’ assi, l-irkupru f’waqtu tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-emittent fil-każ ta’ avvenimenti li joħolqu riskju sinifikanti li jkunu ta’ xkiel għall-operazzjonijiet. Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi kundizzjonijiet u proċeduri xierqa li jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ rkupru, inkluż:
(a)
it-tariffi ta’ likwidità fuq il-fidi;
(b)
il-limiti għall-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi li għandhom jinfdew fi kwalunkwe jum tax-xogħol;
(c)
is-sospensjoni ta’ fidi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|