+Artikolu 53 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
---+Artikolu 53 6.
|
Artikolu 53 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
Komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ token tal-flus elettroniċi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token tal-flus elettroniċi, għandha tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala tali;
(b)
l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;
(c)
l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi;
(d)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex ikun jista’ jiġi kkuntattjat l-emittent.
|
|
Artikolu 53 2.
|
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkun fihom dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li d-detenturi tat-token tal-flus elettroniċi għandhom dritt ta’ fidi kontra l-emittent fi kwalunkwe ħin u b’parità.
|
|
Artikolu 53 3.
|
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u kwalunkwe modifika tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-emittent.
|
|
Artikolu 53 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu approvazzjoni minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel ma jiġu ppubblikati.
|
|
Artikolu 53 5.
|
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.
|
|
Artikolu 53 6.
|
L-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha tiġi disseminata qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi. Tali restrizzjoni ma taffettwax il-kapaċità tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi li jwettaq sondaġġi tas-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|