+Artikolu 57 Klassifikazzjoni volontarja tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
|
Artikolu 57 Klassifikazzjoni volontarja tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
Emittent ta’ token tal-flus elettroniċi, awtorizzat bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi jew li jkunu qed japplikaw għal tali awtorizzazzjoni, jista’ jindika li jixtieq li t-token tal-flus elettroniċi tiegħu jiġi kklassifikat bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih tali talba tal-emittent lill-EBA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 56(3), it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat. Sabiex it-token tal-flus elettroniċi jiġi kklassifikat bħala sinifikanti skont dan l-Artikolu, l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi għandu juri, permezz ta’ programm iddettaljat ta’ operazzjonijiet, li x’aktarx jissodisfa tal-anqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1).
|
|
Artikolu 57 2.
|
L-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha abbażi tal-programm ta’ operazzjonijiet tal-emittent jekk it-token tal-flus elettroniċi jissodisfax jew x’aktarx jissodisfa tal-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 56(3), it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.
|
|
Artikolu 57 3.
|
L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti f’fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 u tinnotifika minnufih lill-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi u lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 57 4.
|
Meta token tal-flus elettroniċi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti lill-EBA f’konformità mal-Artikolu 117(4) fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-EBA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.
|
|
Artikolu 57 5.
|
Bħala deroga mill-paragrafu 4, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti denominati f’munita uffiċjali ta’ Stat Membru għajr l-euro ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-EBA, fejn mill-anqas 80 % tan-numru ta’ detenturi u tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti huma jew huma mistennija li jkunu kkonċentrati fl-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandha tipprovdi informazzjoni lill-EBA, annwalment, dwar l-applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tranżazzjoni għandha titqies li sseħħ fl-Istat Membru domiċiljari meta min iħallas jew min qed jitħallas ikunu stabbiliti f’dak l-Istat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|