+Artikolu 60 3.

Artikolu 60 3.

Ditta ta’ investiment tista’ tipprovdi servizzi tal-kriptoassi fl-Unjoni ekwivalenti għas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment li għalihom hija speċifikament awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE jekk tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu:

(a) 

il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għas-servizz anċillari msemmi fit-Taqsima B, il-punt (1), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b) 

l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jitqies ekwivalenti għall-operat ta’ faċilità multilaterali tan-negozjar u għall-operat ta’ faċilità organizzata tan-negozjar imsemmija fit-Taqsima A, il-punti (8) u (9) rispettivament, tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c) 

l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi u kriptoassi oħra jitqies ekwivalenti għan-negozjar f’isimhom stessmsemmi fit-Taqsima A, il-punt (3), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(d) 

l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti titqies ekwivalenti għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti msemmija fit-Taqsima A, il-punt (2), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(e) 

it-tqegħid tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod u t-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta’ impenn sod imsemmi fit-Taqsima A, il-punti (6) u (7) rispettivament, tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(f) 

ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar imsemmi fit-Taqsima A, il-punt (1), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g) 

il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi jitqies ekwivalenti għal pariri dwar l-investiment imsemmija fit-Taqsima A, il-punt (5), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(h) 

il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għall-immaniġġjar ta’ portafolli msemmi fit-Taqsima A, il-punt (4), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.