+Artikolu 60 Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn ċerti entitajiet finanzjarji
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.
---+Artikolu 60 7.
---+Artikolu 60 8.
---+Artikolu 60 9.
---+Artikolu 60 10.
---+Artikolu 60 11.
---+Artikolu 60 12.
---+Artikolu 60 13.
---+Artikolu 60 14.
|
Artikolu 60 Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn ċerti entitajiet finanzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tipprovdi servizzi tal-kriptoassi jekk tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
) għandu biss iforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jekk jinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma jipprovdi dak is-servizz għall-ewwel darba. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jitqies ekwivalenti għall-forniment, iż-żamma jew l-operat tal-kontijiet tat-titoli fir-rigward tas-servizz tas-saldu msemmi fit-Taqsima B, il-punt (3), tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Ditta ta’ investiment tista’ tipprovdi servizzi tal-kriptoassi fl-Unjoni ekwivalenti għas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment li għalihom hija speċifikament awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE jekk tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu:
(a)
il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għas-servizz anċillari msemmi fit-Taqsima B, il-punt (1), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(b)
l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jitqies ekwivalenti għall-operat ta’ faċilità multilaterali tan-negozjar u għall-operat ta’ faċilità organizzata tan-negozjar imsemmija fit-Taqsima A, il-punti (8) u (9) rispettivament, tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi u kriptoassi oħra jitqies ekwivalenti għan-negozjar f’isimhom stessmsemmi fit-Taqsima A, il-punt (3), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(d)
l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti titqies ekwivalenti għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti msemmija fit-Taqsima A, il-punt (2), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(e)
it-tqegħid tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod u t-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta’ impenn sod imsemmi fit-Taqsima A, il-punti (6) u (7) rispettivament, tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(f)
ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar imsemmi fit-Taqsima A, il-punt (1), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(g)
il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi jitqies ekwivalenti għal pariri dwar l-investiment imsemmija fit-Taqsima A, il-punt (5), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(h)
il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għall-immaniġġjar ta’ portafolli msemmi fit-Taqsima A, il-punt (4), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 60 4.
|
Istituzzjoni tal-flus elettroniċi awtorizzata skont id-Direttiva 2009/110/KE għandha biss tforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti u tittrasferixxi servizzi tal-kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi li toħroġ, jekk tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.
|
|
Artikolu 60 5.
|
Kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS jew maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jistgħu jipprovdu servizzi tal-kriptoassi ekwivalenti għall-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ investiment u servizzi mhux prinċipali li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE jekk jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu:
(a)
ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti jitqiesu ekwivalenti għar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (b)(iii), tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi jitqies ekwivalenti għal pariri dwar l-investiment imsemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (b)(i), tad-Direttiva 2011/61/UE u l-Artikolu 6(3), il-punt (b)(i), tad-Direttiva 2009/65/KE;
(c)
il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jitqies ekwivalenti għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/61/UE u l-Artikolu 6(3), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/65/KE.
|
|
Artikolu 60 6.
|
Operatur tas-suq awtorizzat skont id-Direttiva 2014/65/UE jista’ jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jekk jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu mill-anqas 40 jum tax-xogħol qabel ma tipprovdi dawk is-servizzi għall-ewwel darba.
|
|
Artikolu 60 7.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, għandha tiġi notifikata l-informazzjoni li ġejja:
(a)
programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-applikant ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi, inkluż fejn u kif dawk is-servizzi għandhom jiġu kkummerċjalizzati;
(b)
deskrizzjoni ta’:
(i)
il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, il-politiki u l-proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/849;
(ii)
il-qafas tal-valutazzjoni tar-riskju għall-immaniġġjar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; u
(iii)
il-pjan tal-kontinwità tan-negozju;
(c)
id-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi tal-ICT u l-arranġamenti tas-sigurtà, u deskrizzjoni tagħhom b’lingwaġġ mhux tekniku;
(d)
deskrizzjoni tal-proċedura għas-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;
(e)
deskrizzjoni tal-politika tal-kustodja u tal-amministrazzjoni, meta huwa intiż li tiġi fornuta l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti;
(f)
deskrizzjoni tar-regoli operattivi tal-pjattaforma ta’ negozjar u tal-proċeduri u tas-sistema biex jiġi individwat abbuż tas-suq, meta huwa intiż li tiġi operata pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;
(g)
deskrizzjoni tal-politika kummerċjali mhux diskriminatorja li tirregola r-relazzjoni mal-klijenti kif ukoll deskrizzjoni tal-metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-kriptoassi li jipproponu għal skambju ma’ fondi jew kriptoassi oħra, meta huwa intiż li jiġu skambjati kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra;
(h)
deskrizzjoni tal-politika ta’ eżekuzzjoni, meta huwa intiż li jiġu eżegwiti ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti;
(i)
evidenza li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jew lijimmaniġġjaw il-portafolli f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollhom l-għarfien u l-kompetenza esperta meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom, meta huwa intiż li jiġi pprovdut parir dwar il-kriptoassi jew jiġi pprovdut immaniġġjar tal-portafolli dwar il-kriptoassi;
(j)
jekk is-servizz tal-kriptoassi jkunx relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi, tokens tal-flus elettroniċi jew kriptoassi oħra.
(k)
informazzjoni dwar il-mod li bih se jiġu pprovduti tali servizzi ta’ trasferiment, meta tkun maħsuba biex tipprovdi servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti.
|
|
Artikolu 60 8.
|
Awtorita’ kompetenti li tirċievi notifika kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 6 għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċievi tali notifika, tivvaluta jekk tkunx ġiet ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa kollha. Meta l-awtorita’ kompetenti tikkonkludi li notifika ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma minnufih lill-entità li tinnotifika dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta dik l-entità jkollha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni nieqsa. L-iskadenza biex tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni nieqsa ma għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol mid-data tat-talba. Sakemm tiskadi dik l-iskadenza, kull perjodu kif inhu stabbilit fil-paragrafi 1 sa 6 għandu jiġi sospiż. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorita’ kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandha tirriżulta f’sospensjoni ta’ ebda perjodu stabbilit fil-paragrafu 1 sa 6. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandux jibda jipprovdi s-servizzi tal-kriptoassi sakemm in-notifika ma tkunx kompluta.
|
|
Artikolu 60 9.
|
L-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ma għandu jkollhom l-obbligu li jissottomettu l-ebda informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 li tkun preċedentement ġiet sottomessa minnhom lill-awtorità kompetenti meta tali informazzjoni tkun identika. Meta jissottomettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 6 għandhom jiddikjaraw espressament li kwalunkwe informazzjoni li ġiet sottomessa qabel tkun għadha aġġornata.
|
|
Artikolu 60 10.
|
Fejn l-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu jfornu servizzi tal-kriptoassi, huma ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikoli 62, 63, 64, 67, 83 u 84.
|
|
Artikolu 60 11.
|
Id-dritt li jiġu pprovduti servizzi tal-kriptoassi msemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi revokat mal-irtirar tal-awtorizzazzjoni rilevanti li tkun ippermettiet lill-entità rispettiva tipprovdi s-servizzi tal-kriptoassi mingħajr ma jkollha l-obbligu li tikseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 60 12.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(5) lill-ESMA, wara li jivverifikaw il-kompletezza tal-informazzjoni mesmmija fil-paragrafu 7. L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 mid-data tal-bidu tal-forniment intiż ta’ servizzi tal-kriptoassi.
|
|
Artikolu 60 13.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 60 14.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika skont il-paragrafu 7. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|