+Artikolu 66 Obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali fl-aħjar interessi tal-klijenti
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.
---+Artikolu 66 6.
|
Artikolu 66 Obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali fl-aħjar interessi tal-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti u tal-klijenti prospettivi tagħhom.
|
|
Artikolu 66 2.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa, inkluż fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, li għandhom ikunu identifikati bħala tali. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx, b’mod deliberat jew negliġenti, iqarrqu bi klijent fir-rigward tal-vantaġġi reali jew perċepiti ta’ kwalunkwe kriptoassi.
|
|
Artikolu 66 3.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iwissu lill-klijenti dwar ir-riskji assoċjati ma’ tranżazzjonijiet fil-kriptoassi. Meta joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew kriptoassi oħra, jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew ifornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom iperlinks għal kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi għall-kriptoassi li fir-rigward tagħhom ikunu qed jipprovdu dawk is-servizzi.
|
|
Artikolu 66 4.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jagħmlu l-politiki tal-ipprezzar, tal-ispejjeż u tat-tariffi tagħhom disponibbli għall-pubbliku, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom.
|
|
Artikolu 66 5.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom, informazzjoni relatata mal-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ kull kriptoassi li fir-rigward tiegħu jipprovdu servizzi. Dik l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-white papers dwar il-kriptoassi.
|
|
Artikolu 66 6.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent. Meta tiżviluppa l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-ESMA għandha taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|