Artikolu 69
Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fil-korp maniġerjali tagħhom, qabel l-eżerċizzju tal-attivitajiet minn kwalunkwe membru ġdid, u għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-Artikolu 68.