+Artikolu 68 Arranġamenti ta’ governanza
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.
---+Artikolu 68 7.
---+Artikolu 68 8.
---+Artikolu 68 9.
---+Artikolu 68 10.

Artikolu 68 Arranġamenti ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1.
Il-membri tal-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, biex iwettqu dmirijiethom. B’mod partikolari, il-membri tal-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. Huma għandhom juru wkoll li huma kapaċi jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv.
Artikolu 68 2.
Azzjonisti u membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u, b’mod partikolari, ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom.
Artikolu 68 3.
Meta l-influwenza eżerċitata mill-azzjonisti jew membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi x’aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji.

Tali miżuri jistgħu jinkludu applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji jew l-impożizzjoni ta’ penali kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-immaniġġjar, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma minn azzjonisti jew membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom il-parteċipazzjonijiet kwalifikanti.

Artikolu 68 4.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jadottaw politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 68 5.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jimpjegaw persunal bl-għarfien, bil-ħiliet u bl-għarfien espert meħtieġa għat-twettiq tar-responsabbiltajiet allokati lilhom, filwaqt li jitqiesu l-iskala, in-natura u l-firxa ta’ servizzi tal-kriptoassi pprovduti.
Artikolu 68 6.
Il-korp maniġerjali ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jivvaluta u jirrieżamina perjodikament l-effettività tal-arranġamenti u tal-proċeduri ta’ politika stabbiliti għall-konformità mal-Kapitoli 2 u 3 ta’ dan it-Titolu u jieħu l-miżuri xierqa biex jindirizza kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.
Artikolu 68 7.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi tal-kriptoassi tagħhom. Għal dak il-għan, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jużaw riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, inklużi sistemi tal-ICT reżiljenti u siguri kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2022/2554.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu politika tal-kontinwità tal-operat, li għandha tinkludi pjanijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT kif ukoll pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT stabbiliti skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) 2022/2554 li jkollhom l-għan li jiżguraw, f’każ ta’ interruzzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri tal-ICT tagħhom, il-preservazzjoni tad-data u tal-funzjonijiet essenzjali, u l-manutenzjoni tas-servizzi tal-kriptoassi jew, meta dawn ma jkunux possibbli, l-irkupru f’waqtu ta’ tali data u funzjonijiet u t-tkomplija f’waqtutas-servizzi tal-kriptoassi.

Artikolu 68 8.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom stabbiliti mekkaniżmi, sistemi u proċeduri kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2022/2554, kif ukoll proċeduri u arranġamenti effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849. Għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effettività ta’ dawk il-mekkaniżmi, is-sistemi u l-proċeduri, filwaqt li jqisu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti, u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom sistemi u proċeduri biex jissalvagwardjaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data skont tir-Regolament (UE) 2022/2554.

Artikolu 68 9.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaraw li jinżammu rekords tas-servizzi, tal-attivitajiet, tal-ordnijiet, u tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi kollha mwettqa minnhom. Dawk ir-rekords għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u jieħdu l-miżuri ta’ infurzar, u b’mod partikolari biex jaċċertaw jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ikunux ikkonformaw mal-obbligi kollha inklużi dawk fir-rigward tal-klijenti jew tal-klijenti prospettivi u tal-integrità tas-suq.

Ir-rekords miżmuma skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti meta jitolbuhom u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ ħames snin u, meta jintalbu mill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu għaddew il-ħames snin, għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.

Artikolu 68 10.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a) 

il-miżuri li jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi tal-kriptoassi msemmija fil-paragrafu 7;

(b) 

ir-rekords li għandhom jinżammu tas-servizzi, tal-attivitajiet, tal-ordnijiet u tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi kollha mwettqa msemmija fil-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.