+Artikolu 71 Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.

Artikolu 71 Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament f’waqtu, ġust u konsistenti tal-ilmenti riċevuti mingħand klijenti u għandhom jippubblikaw id-deskrizzjonijiet ta’ dawk il-proċeduri.
Artikolu 71 2.
Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jressqu ilmenti lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi mingħajr ħlas.
Artikolu 71 3.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinformaw lill-klijenti bil-possibbiltà li jressqu lment. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jagħmlu disponibbli għall-klijenti mudell għat-tressiq tal-ilmenti u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha riċevuti u ta’ kwalunkwe miżura li tittieħed b’reazzjoni għalihom.
Artikolu 71 4.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha fil-ħin u b’mod ġust u jikkomunikaw l-eżitu ta’ tali investigazzjonijiet lill-klijenti tagħhom f’perjodu raġonevoli.
Artikolu 71 5.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.