+Artikolu 72 L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
---+Artikolu 72 3.
---+Artikolu 72 4.
---+Artikolu 72 5.
|
Artikolu 72 L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri effettivi, filwaqt li jqisu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti, biex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess:
(a)
bejniethom u:
(i)
l-azzjonisti jew il-membri tagħhom;
(ii)
kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament mal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew l-azzjonisti jew membri tagħhom b’kontroll;
(iii)
membri tal-korp tal-maniġers tagħhom;
(b)
żewġ klijenti jew aktar li l-interessi reċiproċi tagħhom ikunu f’kunflitt.
|
|
Artikolu 72 2.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom, jiżvelaw lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 1 u l-passi meħuda biex jimmitigawhom.
|
|
Artikolu 72 3.
|
L-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir f’format elettroniku u għandu jinkludi biżżejjed dettall, filwaqt li jqis in-natura ta’ kull klijent, sabiex jippermetti lil kull klijent jieħu deċiżjoni informata dwar is-servizz tal-kriptoassi li fil-kuntest tiegħu jinħolqu kunflitti ta’ interess.
|
|
Artikolu 72 4.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jivvalutaw u, tal-anqas darba fis-sena, jirrieżaminaw il-politika tagħhom dwar il-kunflitti ta’ interess u jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.
|
|
Artikolu 72 5.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:
(a)
ir-rekwiżiti għall-politiki u għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti;
(b)
id-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut tal-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|