|
+Artikolu 73 1. |
Artikolu 73 1.Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jesternalizzaw servizzi jew attivitajiet lil partijiet terzi għat-twettiq ta’ funzjonijiet operazzjonali għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jevitaw riskju operazzjonali addizzjonali. Huma għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħhom skont dan it-Titolu u għandhom jiżguraw f’kull ħin li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(b)
l-esternalizzazzjoni ma tbiddilx ir-relazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijenti tagħhom, u lanqas l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fir-rigward tal-klijenti tagħhom;
(c)
l-esternalizzazzjoni ma tbiddilx il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(d)
partijiet terzi involuti fl-esternalizzazzjoni jikkooperaw mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-esternalizzazzjoni ma tipprevjenix l-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-aċċess fuq il-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jitwettqu dawk il-funzjonijiet;
(e)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jżommu l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti, għas-superviżjoni effettiva tas-servizzi esternalizzati u għall-immaniġġjar tar-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni fuq bażi kontinwa;
(f)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tas-servizzi esternalizzati;
(g)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiżguraw li partijiet terzi involuti fl-esternalizzazzjoni jissodisfaw l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni. Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi huma responsabbli biex jiżguraw li l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data jkunu stabbiliti fil-ftehimiet bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|