+Artikolu 73 Esternalizzazzjoni
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.
---+Artikolu 73 4.
|
Artikolu 73 Esternalizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 73 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jesternalizzaw servizzi jew attivitajiet lil partijiet terzi għat-twettiq ta’ funzjonijiet operazzjonali għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jevitaw riskju operazzjonali addizzjonali. Huma għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħhom skont dan it-Titolu u għandhom jiżguraw f’kull ħin li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(b)
l-esternalizzazzjoni ma tbiddilx ir-relazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijenti tagħhom, u lanqas l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fir-rigward tal-klijenti tagħhom;
(c)
l-esternalizzazzjoni ma tbiddilx il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(d)
partijiet terzi involuti fl-esternalizzazzjoni jikkooperaw mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-esternalizzazzjoni ma tipprevjenix l-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-aċċess fuq il-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jitwettqu dawk il-funzjonijiet;
(e)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jżommu l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti, għas-superviżjoni effettiva tas-servizzi esternalizzati u għall-immaniġġjar tar-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni fuq bażi kontinwa;
(f)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tas-servizzi esternalizzati;
(g)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiżguraw li partijiet terzi involuti fl-esternalizzazzjoni jissodisfaw l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni.
Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi huma responsabbli biex jiżguraw li l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data jkunu stabbiliti fil-ftehimiet bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 73 2.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom politika dwar l-esternalizzazzjoni tagħhom, inkluż dwar pjanijiet ta’ kontinġenza u strateġiji ta’ ħruġ, filwaqt li jqisu l-iskala, in-natura u l-firxa tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti.
|
|
Artikolu 73 3.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiddefinixxu fi ftehim bil-miktub id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u dawk tal-partijiet terzi li lilhom ikunu qed jesternalizzaw is-servizzi jew l-attivitajiet. Dawk il-ftehimiet dwar l-esternalizzazzjoni għandhom jagħtu lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi d-dritt li jtemmu dawk il-ftehimiet.
|
|
Artikolu 73 4.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-partijiet terzi għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u lil awtoritajiet rilevanti oħra l-informazzjoni kollha meħtieġa biex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivvalutaw il-konformità tal-attivitajiet esternalizzati mar-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|