+Artikolu 75 Il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 3.
---+Artikolu 75 4.
---+Artikolu 75 5.
---+Artikolu 75 6.
---+Artikolu 75 7.
---+Artikolu 75 8.
---+Artikolu 75 9.
|
Artikolu 75 Il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jikkonkludu ftehim mal-klijenti tagħhom biex jispeċifikaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Tali ftehim għandu jinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:
(a)
l-identità tal-partijiet għall-ftehim;
(b)
in-natura tas-servizz tal-kriptoassi pprovdut u deskrizzjoni ta’ dak is-servizz;
(c)
il-politika ta’ kustodja;
(d)
il-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijent, inkluża s-sistema ta’ awtentikazzjoni tal-klijent;
(e)
deskrizzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà użati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(f)
it-tariffi, l-ispejjeż u l-imposti applikati mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
|
|
Artikolu 75 2.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom iżommu reġistru tal-pożizzjonijiet, miftuħa f’isem kull klijent, li jikkorrispondi għad-drittijiet ta’ kull klijent għall-kriptoassi. Meta rilevanti, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jirreġistraw mill-aktar fis possibbli f’dak ir-reġistru kwalunkwe moviment billi jsegwu l-istruzzjonijiet mingħand il-klijenti tagħhom. F’tali każijiet, il-proċeduri interni tagħhom għandhom jiżguraw li kwalunkwe moviment li jaffettwa r-reġistrazzjoni tal-kriptoassi jintwera bi tranżazzjoni reġistrata regolarment fir-reġistru tal-pożizzjonijiet tal-klijent.
|
|
Artikolu 75 3.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jistabbilixxu politika ta’ kustodja b’regoli u bi proċeduri interni biex jiżguraw is-salvagwardja jew il-kontroll ta’ tali kriptoassi, jew il-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi. Il-politika ta’ kustodja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha timminimizza r-riskju ta’ telf tal-kriptoassi tal-klijenti jew id-drittijiet relatati ma’ dawk il-kriptoassi jew il-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi minħabba frodi, theddidiet ċibernetiċi jew negliġenza. Sommarju tal-politika ta’ kustodja għandu jkun disponibbli għall-klijenti fuq talba tagħhom f’format elettroniku.
|
|
Artikolu 75 4.
|
Meta applikabbli, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet marbuta mal-kriptoassi. Kwalunkwe avveniment li jista’ joħloq jew jimmodifika d-drittijiet ta’ klijent għandu minnufih jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-pożizzjonijiet tal-klijent. Meta jkun hemm bidliet fit-teknoloġija ta’ reġistru distribwit sottostanti jew kwalunkwe avveniment ieħor li x’aktarx joħloq jew jimmodifika d-drittijiet tal-klijent, il-klijent għandu jkun intitolat għal kwalunkwe kriptoassi jew kwalunkwe dritt maħluq ġdid abbażi u sal-livell tal-pożizzjonijiet tal-klijent fil-mument meta sseħħ dik il-bidla jew dak l-avveniment, ħlief meta ftehim validu iffirmat mal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun qed jipprovdi l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti skont il-paragrafu 1 qabel dik il-bidla jew dak l-avveniment ma jkunx jipprevedi espressament mod’ieħor.
|
|
Artikolu 75 5.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom, tal-anqas darba kull tliet xhur u fuq it-talba tal-klijent ikkonċernat, dikjarazzjoni tal-pożizzjoni tal-kriptoassi rreġistrati f’isem dawk il-klijenti. Dik id-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni għandha ssir f’format elettroniku. Id-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni għandha tidentifika l-kriptoassi kkonċernati, il-bilanċ tagħhom, il-valur tagħhom u t-trasferiment tal-kriptoassi li jkun sar matul il-perjodu kkonċernat. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom mill-aktar fis possibbli kwalunkwe informazzjoni dwar l-operazzjonijiet fuq il-kriptoassi li jirrikjedu reazzjoni mingħand dawk il-klijenti.
|
|
Artikolu 75 6.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri meħtieġa jkunu fis-seħħ biex, mill-aktar fis possibbli, il-kriptoassi miżmuma f’isem il-klijenti tagħhom, jew il-mezzi ta’ aċċess, jiġu rritornati lil dawk il-klijenti.
|
|
Artikolu 75 7.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jissegregaw il-parteċipazzjonijiet tal-kriptoassi f’isem il-klijenti tagħhom mill-parteċipazzjonijiet tagħhom stess u jiżguraw li l-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi tal-klijenti tagħhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali. Huma għandhom jiżguraw li, fuq ir-reġistru distribwit, il-kriptoassi tal-klijenti tagħhom jinżammu b’mod separat mill-kriptoassi tagħhom stess. Il-kriptoassi miżmuma f’kustodja għandhomikunu legalment segregati mill-patrimonju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fl-interess tal-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-liġi applikabbli, sabiex il-kredituri tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jkollhom l-ebda rikors għal kriptoassi miżmuma f’kustodja mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jiżgura li l-kriptoassi miżmuma f’kustodja jiġu ssegregati b’mod operazzjonali mill-patrimonju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.
|
|
Artikolu 75 8.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom ikunu responsabbli fil-konfront tal-klijenti tagħhom għat-telf ta’ kwalunkwe kriptoassi jew tal-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi b’riżultat ta’ inċident li jkun attribwibbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandha tiġi limitata sal-valur tas-suq tal-kriptoassi li jkun intilef, fil-mument meta jkun seħħ it-telf. Inċidenti mhux attribwibbli għall-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jinkludu kwalunkwe avveniment li fir-rigward tiegħu l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi juri li jkun seħħ indipendentement mill-forniment tas-servizz rilevanti, jew indipendentement mill-operazzjonijiet tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, bħal problema inerenti fl-operat tar-reġistru distribwit li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jikkontrollax.
|
|
Artikolu 75 9.
|
Jekk il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti jagħmlu użu minn fornituri oħra ta’ servizzi tal-kriptoassi ta’ dak is-servizz, huma għandhom jużaw biss fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 59. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti u li jużaw fornituri oħra ta’ servizzi tal-kriptoassi ta’ dak is-servizz għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|