+Artikolu 76 L-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
---+Artikolu 76 6.
---+Artikolu 76 7.
---+Artikolu 76 8.
---+Artikolu 76 9.
---+Artikolu 76 10.
---+Artikolu 76 11.
---+Artikolu 76 12.
---+Artikolu 76 13.
---+Artikolu 76 14.
---+Artikolu 76 15.
---+Artikolu 76 16.

Artikolu 76 L-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw regoli operazzjonali ċari u trasparenti għall-pjattaforma ta’ negozjar. Dawk ir-regoli operazzjonali għandhom tal-anqas:

(a) 

jistabbilixxu l-proċessi tal-approvazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti proporzjonati għar-riskju ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat mill-applikant f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, li jiġu applikati qabel l-ammissjoni tal-kriptoassi għall-pjattaforma ta’ negozjar;

(b) 

jiddefinixxu l-kategoriji ta’ esklużjoni, jekk ikun hemm, tat-tipi ta’ kriptoassi li ma jiġux ammessi għan-negozjar;

(c) 

jistabbilixxu l-politiki, il-proċeduri u l-livell tat-tariffi, jekk ikun hemm, għall-ammissjoni għan-negozjar;

(d) 

jistabbilixxu regoli oġġettivi, mhux diskriminatorji u kriterji proporzjonati għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ negozjar, li jippromwovu aċċess ġust u miftuħ għall-pjattaforma ta’ negozjar għal klijenti li jixtiequ jinnegozjaw;

(e) 

jistabbilixxu regoli u proċeduri mhux diskriminatorji biex jiġi żgurat negozjar ġust u ordnat u kriterji oġġettivi għal eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet;

(f) 

jistabbilixxu kundizzjonijiet sabiex il-kriptoassi jibqgħu aċċessibbli għan-negozjar, inklużi livelli limitu ta’ likwidità u rekwiżiti ta’ żvelar perjodiku;

(g) 

jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom in-negozjar tal-kriptoassi jista’ jiġi sospiż;

(h) 

jistabbilixxu proċeduri sabiex jiġi żgurat saldu effiċjenti kemm għall-kriptoassi kif ukoll għall-fondi.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli operazzjonali għandhom jiddikjaraw b’mod ċar li kriptoassi ma għandux jiġi ammess għan-negozjar meta ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda white paper dwar il-kriptoassi korrispondenti fil-każijiet li jirrikjedi dan ir-Regolament.

Artikolu 76 2.
Qabel ma kriptoassi jiġi ammess għan-negozjar, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-kriptoassi jikkonforma mar-regoli operazzjonali tal-pjattaforma ta’ negozjar u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-kriptoassi kkonċernat. Meta jkunu qed jivvalutaw l-adegwatezza ta’ kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għandhom jevalwaw, b’mod partikolari, l-affidabbiltà tas-soluzzjonijiet tekniċi li jintużaw u l-assoċjazzjoni potenzjali ma’ attivitajiet illeċiti jew frawdolenti, filwaqt li jqisu l-esperjenza, ir-rekord u r-reputazzjoni tal-emittent ta’ dawk il-kriptoassi u tat-tim ta’ żvilupp tiegħu. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għandhom jivvalutaw ukoll l-adegwatezza tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d).
Artikolu 76 3.
Ir-regoli operazzjonali tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jipprevjenu l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi li jkollhom funzjoni ta’ anonimizzazzjoni integrata sakemm id-detenturi ta’ dawk il-kriptoassi u l-istorja tat-tranżazzjonijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu identifikati mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi.
Artikolu 76 4.
Ir-regoli operazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membri domiċiljari, jew f’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Jekk l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jiġi pprovdut fi Stat Membru ieħor, ir-regoli operazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew f’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Artikolu 76 5.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi ma għandhomx jinnegozjaw għan-nom proprju fuq il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li joperaw, inkluż meta jipprovdu l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn.
Artikolu 76 6.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jitħallew jinvolvu ruħhom f’negozjar matched principal biss meta l-klijent ikun ta l-kunsens tiegħu għal dak il-proċess. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti informazzjoni li tispjega l-użu tagħhom ta’ negozjar matched principal. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-involviment tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi f’negozjar matched principal, u tiżgura li l-involviment tagħhom f’negozjar matched principal ikompli jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ tali negozjar u ma jagħtix lok għal kunflitti ta’ interess bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-klijenti tagħhom.
Artikolu 76 7.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandu jkollhom stabbiliti sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jiżguraw li s-sistemi ta’ negozjar tagħhom:

(a) 

ikunu reżiljenti;

(b) 

ikollhom biżżejjed kapaċità biex jittrattaw il-volumi ta’ ordnijiet u ta’ messaġġi meta jkunu fl-aqwa tagħhom;

(c) 

ikunu kapaċi jiżguraw negozjar ordnat f’kundizzjonijiet ta’ stress qawwi fis-suq;

(d) 

ikunu kapaċi jirrifjutaw ordnijiet li jaqbżu l-livelli limitu ta’ volumi u prezzijiet iddeterminati minn qabel jew li jkunu żbaljati b’mod ċar;

(e) 

ikunu ttestjati kompletament biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) jiġu ssodisfati;

(f) 

ikunu soġġetti għal arranġamenti effettivi ta’ kontinwità tal-operat biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tagħhom jekk ikun hemm xi ħsara fis-sistema ta’ negozjar;

(g) 

ikunu kapaċi jipprevjenu jew jindividwaw l-abbuż tas-suq;

(h) 

ikunu robusti biżżejjed biex jipprevjenu l-abbuż tagħhom għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 76 8.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tagħhom meta jidentifikaw każijiet ta’ abbuż tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż tas-suq li jseħħu fis-sistemi tagħhom jew permezz tas-sistemi tagħhom.
Artikolu 76 9.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jippubblikaw kwalunkwe prezzijiet ta’ talba u offerta u l-profondità tal-interessi ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati għall-kriptoassi permezz tal-pjattaformi ta’ negozjar tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernati għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat tan-negozjar.
Artikolu 76 10.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward tal-kriptoassi nnegozjati fuq il-pjattaformi ta’ negozjar tagħhom. Huma għandhom jagħmlu dawk id-dettalji għat-tranżazzjonijiet kollha ta’ dan it-tip pubbliċi f’ħin li fid-dawl ta’ dak li hu teknikament possibbli jkun kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali.
Artikolu 76 11.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jagħmlu l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għal dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas 15-il minuta wara li tiġi ppubblikata f’format li jinqara mill-magni u għandha tibqa’ ppubblikata għal tal-anqas sentejn.
Artikolu 76 12.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jagħtu bidu għas-saldu finali ta’ tranżazzjoni tal-kriptoassi fuq ir-reġistru distribwit fi żmien 24 siegħa minn meta tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ negozjar jew, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet issaldati barra r-reġistru distribwit, sa mhux aktar tard mill-għeluq tal-ġurnata.
Artikolu 76 13.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-istrutturi tat-tariffi tagħhom ikunu trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji u li ma joħolqux inċentivi sabiex isiru, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati ordnijiet jew jiġu eżegwiti tranżazzjonijiet b’mod li jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew abbuż tas-suq kif imsemmi fit-Titolu VI.
Artikolu 76 14.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom iżommu r-riżorsi u jkollhom faċilitajiet ta’ riżerva fis-seħħ biex ikunu jistgħu jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom f’kull ħin.
Artikolu 76 15.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-anqas ħames snin, id-data rilevanti relatata mal-ordnijiet kollha fil-kriptoassi li jiġu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom, jew jagħtu lill-awtorità kompetenti aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-attivita’ ta’ negozjar. Dik id-data rilevanti għandu jkun fiha l-karatteristiċi tal-ordni, inklużi dawk li jorbtu ordni mat-tranżazzjonijiet eżegwiti li jirriżultaw minn dik l-ordni.
Artikolu 76 16.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a) 

il-mod li bih id-data dwar it-trasparenza, inkluż il-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-data li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafi 1, 9 u 10, għandha tiġi ppreżentata;

(b) 

il-kontenut u l-format tar-rekords tal-ktieb tal-ordnijiet li jeħtieġ li jinżammu kif speċifikat fil-paragrafu 15.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.