|
+Artikolu 76 1. |
Artikolu 76 1.Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw regoli operazzjonali ċari u trasparenti għall-pjattaforma ta’ negozjar. Dawk ir-regoli operazzjonali għandhom tal-anqas:
(a)
jistabbilixxu l-proċessi tal-approvazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti proporzjonati għar-riskju ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat mill-applikant f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, li jiġu applikati qabel l-ammissjoni tal-kriptoassi għall-pjattaforma ta’ negozjar;
(b)
jiddefinixxu l-kategoriji ta’ esklużjoni, jekk ikun hemm, tat-tipi ta’ kriptoassi li ma jiġux ammessi għan-negozjar;
(c)
jistabbilixxu l-politiki, il-proċeduri u l-livell tat-tariffi, jekk ikun hemm, għall-ammissjoni għan-negozjar;
(d)
jistabbilixxu regoli oġġettivi, mhux diskriminatorji u kriterji proporzjonati għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ negozjar, li jippromwovu aċċess ġust u miftuħ għall-pjattaforma ta’ negozjar għal klijenti li jixtiequ jinnegozjaw;
(e)
jistabbilixxu regoli u proċeduri mhux diskriminatorji biex jiġi żgurat negozjar ġust u ordnat u kriterji oġġettivi għal eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet;
(f)
jistabbilixxu kundizzjonijiet sabiex il-kriptoassi jibqgħu aċċessibbli għan-negozjar, inklużi livelli limitu ta’ likwidità u rekwiżiti ta’ żvelar perjodiku;
(g)
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom in-negozjar tal-kriptoassi jista’ jiġi sospiż;
(h)
jistabbilixxu proċeduri sabiex jiġi żgurat saldu effiċjenti kemm għall-kriptoassi kif ukoll għall-fondi. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli operazzjonali għandhom jiddikjaraw b’mod ċar li kriptoassi ma għandux jiġi ammess għan-negozjar meta ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda white paper dwar il-kriptoassi korrispondenti fil-każijiet li jirrikjedi dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|